Skip to content
  • Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 13 ta' Lulju 2026

Riżultati ewlenin

L-istrateġija għall-bhejjem u l-pjan ta' azzjoni dwar il-proteini

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar l-istrateġija għall-bhejjem u l-pjan ta' azzjoni dwar il-proteini, adottati mill-Kummissjoni Ewropea fis-7 ta' Lulju 2026, bħala parti mis-segwitu għall-prijoritajiet stipulati fil-Viżjoni għall-agrikoltura u għall-ikel. Iż-żewġ inizjattivi għandhom l-għan li jindirizzaw sfidi strateġiċi komuni, speċifikament il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-setturi tal-bhejjem u tal-proteini, filwaqt li jipprovdu perspettiva u soluzzjonijiet fuq terminu twil.

L-iskambju tal-lum ippermetta lill-ministri jaqsmu l-fehmiet inizjali tagħhom dwar dawn iż-żewġ inizjattivi, inkluż kif jikkomplementaw lil xulxin, u jiddiskutu modi kif imexxu l-ħidma 'l quddiem.

<p>Martin Heydon, Ministru għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Affarijiet Marittimi tal-Irlanda</p>

Settur tal-bhejjem kompetittiv, sostenibbli u reżiljenti huwa essenzjali biex tiġi salvagwardata s-sigurtà tal-ikel tal-Ewropa, biex jissaħħu l-komunitajiet rurali tagħna u tiġi rinforzata l-awtonomija strateġika tagħna. Flimkien, l-Istrateġija għall-Bhejjem u l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Proteini jipprovdu pjan direzzjonali ċar biex jinbena futur aktar reżiljenti għall-agrikoltura Ewropea u titnaqqas id-dipendenza tagħna fuq proteini importati għall-għalf. Il-prijorità issa hija li din l-ambizzjoni tinbidel f'azzjoni billi jittieħdu miżuri prattiċi li jippremjaw lill-bdiewa u jħeġġu l-innovazzjoni.

<p>Martin Heydon, Ministru għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Affarijiet Marittimi tal-Irlanda</p>

Martin Heydon, Ministru għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Affarijiet Marittimi tal-Irlanda

Il-ministri enfasizzaw l-importanza li jissaħħu l-awtonomija strateġika u s-sigurtà tal-ikel tal-UE. Fl-istess ħin, enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li tingħata spinta lill-kompetittività, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-settur tal-bhejjem, filwaqt li jkomplu jittejbu s-saħħa u l-benesseri tal-annimali.

Il-Kunsill afferma mill-ġdid ukoll l-importanza ta' provvista diversifikata ta' proteini, b'diversi ministri jindikaw ir-rwol potenzjali li l-Ukrajna jista' jkollha f'dan ir-rigward.

Fl-aħħar nett, il-ministri enfasizzaw il-ħtieġa ta' appoġġ finanzjarju adegwat biex jiġu implimentati ż-żewġ inizjattivi.

In-nisa fl-agrikoltura

Il-presidenza Irlandiża daħħlet dan is-suġġett fl-aġenda tal-Kunsill biex jiġu esplorati modi kif is-settur agroalimentari jista' jsir aktar inklużiv, reżiljenti u sostenibbli billi jiġu indirizzati l-ostakli għall-parteċipazzjoni tan-nisa, jingħata appoġġ lill-ġenerazzjoni li jmiss ta' bdiewa nisa, u jinħolqu l-kundizzjonijiet li fihom it-talent, l-innovazzjoni u t-tmexxija jkunu jistgħu jiffjorixxu irrispettivament mill-ġeneru.

In-nisa formalment rikonoxxuti bħala detenturi ta' azjendi agrikoli skont il-politika agrikola komuni (PAK), eliġibbli għall-appoġġ fl-ambitu tal-PAK, jirrappreżentaw madwar terz tad-detenturi ta' azjendi agrikoli fl-UE (31%), li jikkorrispondi għal madwar 2.9 miljun mit-total ta' 9 miljun detentur ta' azjenda agrikola.

Billi l-2026 ġiet iddeżinjata s-Sena Internazzjonali tal-Bdiewa Nisa min-Nazzjonijiet Uniti, id-diskussjoni ppermettiet lill-ministri jesploraw modi kif jistgħu jtejbu l-parteċipazzjoni, il-viżibbiltà u r-rikonoxximent formali tan-nisa fis-settur agroalimentari. Fl-istess ħin, il-Kunsill esplora modi kif jista' jippromwovi aċċess u opportunitajiet indaqs għall-bdiewa nisa.

Il-ministri qablu dwar il-ħtieġa li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-settur agroalimentari, filwaqt li jiġi żgurat ukoll li jkunu rappreżentati b'mod adegwat fir-rwoli ta' tmexxija u tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

F'dan il-kuntest, l-aċċess għal servizzi essenzjali – fosthom faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal, infrastruttura, broadband b'veloċità għolja – ġie enfasizzat bħala fattur ewlieni fit-tisħiħ tal-attraenza u s-sostenibbiltà fit-tul taż-żoni rurali. Barra minn hekk, ġiet enfasizzata wkoll l-importanza li jiġu promossi opportunitajiet indaqs biex il-bdiewa nisa jixtru, jirtu u jistabbilixxu intrapriżi agrikoli.

Irish presidency work programme

Il-presidenza Irlandiża ppreżentat il-programm ta' ħidma u l-prijoritajiet ewlenin tagħha għas-setturi tal-agrikoltura u s-sajd tal-UE għat-tieni nofs tal-2026.

Iggwidat mis-slogan "Ní Neart go cur le Chéile - Is-saħħa fl-għaqda", matul il-presidenza Irlandiża, il-Kunsill AGRIFISH ser jaħdem biex jappoġġa lill-familji involuti fil-biedja u s-sajd, jipproteġi l-introjtu tagħhom, isaħħaħ il-kompetittività tagħhom, isostni lill-komunitajiet rurali u kostali u jsib bilanċ tajjeb bejn it-tliet pilastri tas-sostenibbiltà – dik ekonomika, soċjali u ambjentali. Il-presidenza Irlandiża ser tagħti attenzjoni partikolari lill-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-ikel, il-kompetittività, is-simplifikazzjoni, is-sostenibbiltà, u t-tiġdid ġenerazzjonali.

Kwistjonijiet agrikoli marbuta mal-kummerċ

Il-Kunsill kellu l-iskambju ta' fehmiet rikorrenti tiegħu dwar kwistjonijiet agrikoli relatati mal-kummerċ, u l-presidenza Irlandiża ffukat id-diskussjoni fuq il-politika tal-UE għall-promozzjoni u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) f'pajjiżi terzi. Il-ministri evalwaw l-iżviluppi reċenti, filwaqt li enfasizzaw l-importanza tal-IĠP għall-kompetittività tal-esportazzjoni agrikola tal-UE, u l-valur miżjud li ġġib magħha.

Matul id-diskussjoni, il-ministri appellaw għall-protezzjoni ta' prodotti b'IĠP permezz ta' ftehimiet kummerċjali eżistenti u futuri. Appellaw ukoll għall-inklużjoni ta' klawżoli ta' salvagwardja fil-ftehimiet kummerċjali, filwaqt li fl-istess ħin enfasizzaw l-importanza li jiġu żgurati awtonomija strateġika, kundizzjonijiet ekwi u reċiproċità.

Punti oħra

Tressqu wkoll għadd ta' punti taħt "affarijiet oħra".

Fl-aħħar nett, bħala punt mhux għad-diskussjoni, il-Kunsill adotta l-proposta tal-Kummissjoni bl-għan li tgħin lill-bdiewa Ewropej ilaħħqu maż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fertilizzanti kkawżata mill-kriżi reċenti fil-Lvant Nofsani. Il-proposta ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni Ewropea fit-12 ta' Ġunju 2026, bħala parti minn pakkett usa' ta' miżuri li jwieġbu għall-impatt tal-kriżi tal-Lvant Nofsani fuq is-swieq tal-input agrikolu. Din temenda r-regolament dwar il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK u r-regolament orizzontali biex tagħti aktar għodda lill-istati membri biex jappoġġaw lill-bdiewa milquta minn żieda fil-prezzijiet tal-fertilizzanti.

L-adozzjoni rapida ta' dan ir-regolament tirrifletti l-impenn qawwi tal-UE biex tappoġġa lill-bdiewa li qed jiffaċċaw kostijiet għoljin tal-fertilizzanti minħabba s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Lulju 2026