"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 13/07/2018, 13 ta' Lulju 2018

Riżultati ewlenin

Tassazzjoni indiretta

Il-Kunsill iddiskuta żewġ proposti relatati mal-VAT.

L-ewwel, il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar il-"mekkaniżmu tar-reverse charge ġeneralizzat" bil-għan li l-istati membri jkunu jistgħu japplikaw temporarjament mekkaniżmu ta' awtolikwidazzjoni ġeneralizzat għall-ħlas tal-VAT. F’Ġunju, il-Kunsill Ewropew enfasizza li għandha tkompli l-ħidma dwar kif jiġi żgurat ġbir effettiv tal-VAT u appella għal progress rapidu dwar il-proposti tal-Kummissjoni dwar miżuri fuq perijodu qasir.

Il-Ministri ddiskutew ukoll il-proposta tal-"pubblikazzjonijiet elettroniċi" li tippermetti lill-istati membri japplikaw rati tal-VAT mhux standard għal pubblikazzjonijiet elettroniċi u potenzjalment jiġu allinjati r-regoli tal-VAT bejn il-forom fiżiċi u elettroniċi għall-pubblikazzjonijiet. Dan il-fajl huwa parti mill-isforzi aktar wiesa’ tal-UE biex tiġi modernizzata t-taxxa fuq il-valur miżjud għall-ekonomija diġitali fil-kuntest tal-istrateġija tal-UE għal suq uniku diġitali.

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż

Il-Kunsill ħareġ ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tiegħu tal-2018 lill-istati membri dwar il-politika ekonomika, tal-impjiegi u fiskali tagħhom, biex b’hekk ikkonkluda l-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew għal din is-sena. Ir-rakkomandazzjonijiet kienu ġew approvati mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju.

L-objettiv ġenerali tar-rakkomandazzjonijiet ta' din is-sena huwa li l-istati membri jiġu mħeġġa jużaw il-momentum ekonomiku favorevoli attwali biex isaħħu iktar ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom.

Programm tal-presidenza

Il-Kunsill iddiskuta l-prijoritajiet tal-presidenza Awstrijaka fil-qasam tal-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji.

Il-punt ta' attenzjoni tal-attivitajiet sa tmiem l-2018 ser ikun dwar:

  • it-tlestija tal-unjoni bankarja u l-iżvilupp ta’ unjoni tas-swieq kapitali.
  • il-approfondar u t-tisħiħ tal-koordinazzjani tal-politika ekonomika, permezz tat-tisħiħ tal-istabbiltà, ir-reżiljenza u l-konkormità fil-qafas tal-patt ta' stabbiltà u tkabbir.
  • it-titjib tal-effiċjenzja u l-ġustizzja fit-taxxa.
  • l-iżgurar li l-implimentazzjoni tal-bġit tal-UE tal-2019 ser tkun issegwi l-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda u effiċjenti.

Il-Minsitri ddiskutew ukoll il-konklużjonijiet rilevanti dwar kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji tal-Kunsill Ewropew tat-28-29 ta’ Ġunju 2018 u ffinalizzaw il-preparazzjonijiet qabel il-laqgħa tal-G20 Finanzi tal-21-22 ta’ Lulju fi Buenos Aires.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025