"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 02/10/2018, 2 ta' Ottubru 2018

Riżultati ewlenin

Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha biex issaħħaħ ir-rwol tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE, sabiex tindirizza aħjar it-theddid tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus hija parti integrali mill-isforzi tagħna biex innaqqsu r-riskji fis-settur finanzjarju u biex niksbu lura l-fiduċja fis-sistema finanzjarja tagħna. L-UE wettqet riformi ambizzjużi iżda issa rridu nkunu żguri li dawn jiġu infurzati u sorveljati b'mod effettiv fl-UE kollha. Hartwig Löger, ministru għall-finanzi tal-Awstrija li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill

Il-ministri enfasizzaw l-importanza tal-implimentazzjoni xierqa tar-regoli tal-UE fir-rigward tal-ħasil tal-flus, u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn is-superviżuri fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u s-superviżuri prudenzjali sabiex jinħoloq qafas ta' monitoraġġ effiċjenti.

Il-Kunsill adotta wkoll regolament li jsaħħaħ il-kontrolli fuq il-flus kontanti li jidħlu jew joħorġu mill-Unjoni, biex b'hekk il-leġislazzjoni tal-UE saret konformi mal-ogħla standards internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Tassazzjoni indiretta

Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar tliet proposti relatati mal-VAT:

  • ir-regolament dwar "pubblikazzjonijiet elettroniċi": bis-saħħa tiegħu l-istati membri ser ikunu jistgħu japplikaw rati mhux standard ta' VAT għal pubblikazzjonijiet elettroniċi u potenzjalment jallinjaw ir-regoli tal-VAT bejn il-forom fiżiċi u elettroniċi għall-pubblikazzjonijiet. Dan il-fajl huwa parti mill-isforzi aktar ġenerali tal-UE biex timmodernizza t-taxxa fuq il-valur miżjud għall-ekonomija diġitali fil-kuntest tal-istrateġija tal-UE għal suq uniku diġitali.
  • il-"mekkaniżmu tar-reverse charge ġeneralizzat": bis-saħħa tiegħu l-istati membri l-aktar milquta mill-frodi tal-VAT ser ikunu jistgħu japplikaw temporanjament inverżjoni ġeneralizzata tar-responsabbiltà tal-VAT, biex b'hekk jipprovdi soluzzjoni għall-istati membri li jiffaċċjaw frodi karusell. L-istati membri ser ikunu jistgħu jużaw il-mekkaniżmu tar-reverse charge ġeneralizzat biss għall-provvista domestika ta' oġġetti u servizzi li jeċċedu limitu ta' €17 500 kull transazzjoni, u sat-30 ta' Ġunju 2022 biss, u taħt kondizzjonijiet tekniċi stretti ħafna.
  • is-soluzzjonijiet ta' malajr fir-rigward tal-VAT, bil-għan li jintroduċu aġġustamenti għar-regoli tal-UE dwar il-VAT sabiex tinstab soluzzjoni għal kwistjonijiet speċifiċi (stokk f'kunsinna kuntrattat, numru ta' identifikazzjoni tal-VAT, tranżazzjonijiet f'katina, prova ta' provvista fi ħdan l-UE) sakemm tiġi introdotta sistema ġdida ta' VAT.

Il-Kunsill adotta wkoll miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva sabiex il-forom l-aktar mifruxa ta' frodi transfruntiera jiġu indirizzati b'mod aktar effettiv.

Barra minn hekk, il-ministri ffinalizzaw it-tħejjijiet qabel il-laqgħat internazzjonali (laqgħa finanzjarja tal-G20 tal-11 u t-12 ta' Ottubru u l-laqgħat annwali tal-FMI mit-12 sal-14 ta' Ottubru f'Bali). Iddiskutew ukoll il-proċess ta' monitoraġġ tal-politika tas-"Semestru Ewropew" fid-dawl tat-tagħlimiet miksuba mill-eżerċizzju tal-2018.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025