"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 17/05/2019, 17 ta' Mejju 2019

Riżultati ewlenin

Tassazzjoni diġitali fil-kuntest internazzjonali

Il-Ministri ddiskutew riformi fiskali internazzjonali attwali, bil-ħsieb li jħejju d-dibattiti li ġejjin tal-OECD u tal-G20.

Il-presidenza ser tikkontribwixxi l-fehmiet espressi mill-ministri fit-tħejjijiet tal-laqgħat tal-ministri tal-finanzi tal-G20 ta' Ġunju f'Fukuoka fejn l-OECD hija mistennija tirrapporta l-progress fir-riforma tat-tassazzjoni korporattiva internazzjonali. Il-President tal-ECOFIN biħsiebu jippreżenta r-riżultat tad-diskussjonijiet tal-ECOFIN fil-laqgħa tal-G20.

Il-Ministri vvalutaw possibilitajiet biex iħejju negozjati fl-OECD dwar id-dibattitu internazzjonali li għaddej dwar soluzzjonijiet komprensivi fit-tul li jindirizzaw kemm l-isfidi tat-tassazzjoni fl-ekonomija diġitalizzata kif ukoll kwistjonijiet usa' relatati mal-allokazzjoni tad-drittijiet tat-tassazzjoni u l-kompetizzjoni fiskali.

Dazju tas-sisa

Il-Kunsill iddiskuta miżuri li jtejbu l-ambjent tan-negozju għal prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, b'mod partikolari l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, billi tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji.

Il-Kunsill qabel dwar il-proposti li ġejjin:

  • id-direttiva dwar l-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku.
  • id-direttiva dwar arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa
  • ir-regolament dwar kooperazzjoni amministrattiva dwar il-kontenut ta' reġistri elettroniċi

Minkejja l-progress sinifikanti miksub fin-negozjati, il-ministri ma laħqux ftehim finali dwar il-pakkett ta' miżuri. Il-Kunsill ser ikompli jaħdem fuq livell tekniku bil-ħsieb li jilħaq kompromess aċċettabbli għall-istati membri kollha malajr kemm jista' jkun.

Id-dazji tas-sisa huma taxxi indiretti fuq il-bejgħ jew l-użu ta' prodotti speċifiċi, bħall-alkoħol, it-tabakk u l-enerġija. Id-dħul minn dawn it-taxxi jmur kollu għall-pajjiż fejn jitħallsu. Sa mill-1992, il-pajjiżi tal-UE kellhom fis-seħħ regoli komuni biex jiġi żgurat li d-dazji tas-sisa jiġu applikati bl-istess mod u għall-istess prodotti kullimkien fl-UE.

Semestru Ewropew fl-2019

Fil-qafas tal-eżerċizzju tas-semestru Ewropew għall-2019, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-eżitu tal-analiżijiet fil-fond u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi 2018.

Lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx

Mingħajr diskussjoni, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi lilAruba, Barbados u l-Bermuda mil-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx.

Punti ewlenin mill-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji li sar fi Brussell fis-17 ta' Mejju 2019.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025