- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 09/07/2019, 9 ta' Lulju 2019
Riżultati ewlenin
Il-programm tal-presidenza Finlandiża
Il-Finlandja, li ħadet f'idejha l-presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill fl-1 ta' Lulju, ippreżentat il-prijoritajiet tagħha għat-terminu tagħha fil-qasam tal-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji.
Hemm żewġ kelmiet fil-quċċata tal-programm tal-Presidenza tagħna: it-tibdil fil-klima. Jeħtieġ li nkunu realistiċi dwar l-isfida li qed taffaċċja d-dinja u ambizzjużi dwar kif nindirizzawha. Huwa għalhekk li matul il-presidenza tagħna, ser inpoġġu fuq quddiem tal-programm ta' ħidma tagħna t-tkabbir sostenibbli u l-inizjattivi sabiex jiffaċilitaw it-transizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju. Mika Lintilä, ministru Finlandiż għall-finanzi
Matul il-presidenza tagħha, il-Finlandja ser ikollha l-prijoritajiet li ġejjin:
- Azzjoni mtejba rigward it-tibdil fil-klima
- Swieq finanzjarji aktar b'saħħithom u li jaħdmu tajjeb.
- Simplifikazzjoni tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika
- Tassazzjoni sempliċi u effettiva
- Massimizzazzjoni tal-valur miżjud tal-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp
- Baġit tal-UE b'ġestjoni finanzjarja tajba
Riżorsi proprji
Il-ministri qiesu s-sitwazzjoni attwali tad-diskussjonijiet dwar il-pakkett leġislattiv dwar ir-riżorsi proprji fil-kuntest tal-qafas finanzjarju multiannwali għall-2021-2027.
F'Mejju 2018, il-Kummissjoni pproponiet li timmodernizza s-sistema eżistenti tar-riżorsi proprji tal-UE, inkluż permezz ta' tliet riżorsi proprji ġodda: pagament ibbażat fuq skart tal-plastik, sehem tal-irċevuti tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet u s-sehem tal-bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva.
Il-Kunsill qies b'mod partikolari l-possibbiltà ta' sorsi potenzjali ġodda ta' dħul differenti minn dawk oriġinali li ssuġġeriet il-Kummissjoni fil-proposta tagħha. Il-Kummissjoni indikat li hija tinsab lesta li tipprovdi l-istudji tekniċi neċessarji kollha.
Il-ħidma teknika dwar il-kwistjoni ser tkompli fid-dawl tad-diskussjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-qafas finanzjarju pluriennali fil-laqgħa tiegħu ta' Ottubru.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Riżorsi proprji u sorsi ġodda potenzjali ta' dħul - Dokument informali tas-servizzi tal-Kummissjoni
Presidenza tal-BĊE
Il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni lill-Kunsill Ewropew dwar in-nomina ta' Christine Lagarde bħala l-president li jmiss tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Ir-rakkomandazzjoni tifformalizza l-qbil li ntlaħaq mill-Kunsill Ewropew fit-2 ta' Lulju biex jappoġġa lil Christine Lagarde bħala kandidata għall-pożizzjoni.
Il-Kunsill Ewropew huwa mistenni jieħu deċiżjoni formali dwar il-ħatra f'Ottubru, wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE.
Il-president il-ġdid ser jieħu post Mario Draghi, li l-mandat tiegħu jiskadi fil-31 ta' Ottubru 2019, għal mandat ta' 8 snin li ma jiġġeddidx.
Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi
Il-Kunsill ħareġ ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tiegħu tal-2019 lill-istati membri dwar il-politika ekonomika, tal-impjiegi u fiskali tagħhom, biex b’hekk ikkonkluda l-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew għal din is-sena. Ir-rakkomandazzjonijiet ġew diskussi mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju u approvati mill-Kunsill EPSCO fit-8 ta' Lulju.
L-objettiv ġenerali tar-rakkomandazzjonijiet huwa li l-istati membri jiġu inkoraġġuti jżidu l-potenzjal ta' tkabbir tagħhom billi jimmodernizzaw l-ekonomiji tagħhom u jkomplu jsaħħu r-reżiljenza tagħhom.
Minkejja inċertezzi globali u kondizzjonijiet inqas favorevoli, l-ekonomiji tal-istati membri kollha huma mistennija jikbru fl-2020 u r-rata tal-qgħad tinsab f'livell baxx rekord. F'dan il-kuntest, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi jiffokaw fuq l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali effettivi, li jagħtu spinta lill-istrateġiji tal-investiment u jinkoraġġixxu politiki fiskali responsabbli.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025