"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 14/06/2019, 14 ta' Ġunju 2019

Riżultati ewlenin

Patt ta' stabbiltà u tkabbir

Il-Kunsill għalaq il-proċedura ta' defiċit eċċessiv għal Spanja, li jikkonferma li d-defiċit tagħha niżel taħt il-valur ta' referenza tal-UE ta' 3% tal-PDG.

Bħala konsegwenza, il-proċeduri kollha li kienu miftuħa fl-eqqel tal-kriżi tal-euro issa ngħalqu.

Minn issa 'l quddiem, Spanja ser tkun soġġetta għall-parti preventiva tal-ġabra tar-regoli fiskali tal-UE.

Il-Kunsill ħareġ ukoll deċiżjonijiet dwar l-Ungerija u r-Rumanija, li diġà huma soġġetti għal proċedura ta' devjazzjoni sinifikanti, li jikkonfermaw li ma ttieħdux azzjonijiet effettivi, u rakkomandazzjonijiet ġodda dwar miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġu kkoreġuti d-devjazzjonijiet.

Il-ministri ddiskutew ukoll dwar kwistjonijiet rilevanti indirizzati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi ppreżentati mill-Kummissjoni fil-5 ta' Ġunju, qabel id-diskussjoni tal-Kunsill Ewropew tal-20 u l-21 ta' Ġunju.

Pjaneta nadifa għal kulħadd

Il-ministri ddiskutew dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar viżjoni fit-tul strateġika għal ekonomija newtrali għall-klima.

Eugen Teodorovici, ministru għall-finanzi tar-Rumanija
It-transizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima sal-2050 ser teħtieġ investimenti importanti, inkluż fis-sistemi tal-enerġija, l-infrastruttura u l-bini. Bla dubju, il-flus pubbliċi waħedhom mhux ser ikunu biżżejjed biex jiffinanzjaw il-ħtiġijiet kollha ta' investiment. Huwa għalhekk għaliex għandna bżonn inħeġġu strateġiji ta' investiment li jgħinuna nilħqu l-objettivi tal-ftehim ta' Pariġi.
Eugen Teodorovici, ministru għall-finanzi tar-Rumanija
Eugen Teodorovici, ministru għall-finanzi tar-Rumanija

Id-dibattitu ffoka fuq l-investiment u l-aspetti relatati mal-finanzi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, billi rrikonoxxa li t-transizzjoni ser teħtieġ investimenti importanti. L-istimi jissuġġerixxu li l-volum ta' investiment annwali attwali ta' madwar 2% tal-PDG ser ikollu jiżdied għal kważi 3%, jew aktar minn 500 biljun euro, kull sena matul il-perjodu 2031-2050.

Filmat tal-punti ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, li sar fl-14 ta' Ġunju 2019, fil-Lussemburgu

Taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji

Il-Kunsill ġie aġġornat mill-istati membri li qed jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa dwar is-sitwazzjoni attwali rigward it-taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji (TTF), abbażi ta' nota mill-Ġermanja.

L-istati membri parteċipanti indikaw li qed jiddiskutu dwar opzjoni ta' TTF bbażata fuq il-mudell Franċiż tat-taxxa u dwar il-mutwalizzazzjoni possibbli tad-dħul fost l-istati membri parteċipanti bħala kontribuzzjoni għall-baġit tal-UE.

Filwaqt li l-istati membri kollha jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet, l-adozzjoni tad-direttiva ser teħtieġ qbil unanimu tal-pajjiżi parteċipanti fi ħdan il-Kunsill, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

Tassazzjoni

Mingħajr diskussjoni, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi lil Dominica mil-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx.

Il-Kunsill adotta wkoll rapport għall-Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet ta' taxxa, kif ukoll rapport u konklużjonijiet dwar il-ħidma mwettqa mill-grupp dwar l-Kodiċi tal-Kondotta dwar it-tassazzjoni tal-intrapriżi.

Servizzi finanzjarji

Il-Kunsill approva rapport ta' progress imħejji mill-presidenza Rumena dwar is-sitwazzjoni attwali tal-unjoni bankarja. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll ir-rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar self improduttiv.

Mingħajr diskussjoni, il-Kunsill adotta wkoll regolament li jistabbilixxi "prodott tal-pensjoni personali pan-Ewropew" u regoli ġodda li jiffaċilitaw id-distribuzzjoni transkonfinali tal-fondi ta' investiment.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025