"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-ekonomija u l-finanzi, 19 ta' Jannar 2021

Riżultati ewlenin

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Il-presidenza ddeskriviet l-elementi ewlenin tal-ftehim mal-Parlament Ewropew u l-passi li jmiss. Il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni orizzontali dwar it-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali u l-ministri qasmu l-esperjenzi tagħhom rigward it-tħejjijiet.

Il-Parlament Ewropew mistenni jivvota dwar ir-regolament li jistabbilixxi l-faċilità fis-sessjoni plenarja tiegħu ta' Frar, qabel l-adozzjoni formali mill-Kunsill. Il-faċilità hija mistennija tidħol fis-seħħ fit-tieni nofs ta' Frar, u wara dan l-istati membri jkunu jistgħu jibdew jissottomettu l-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza b'mod uffiċjali.

João Leão, Ministru tal-Istat għall-Finanzi tal-Portugall (ritratt: il-Gvern Portugiż))
Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija element ewlieni tar-rispons tal-Ewropa għall-pandemija tal-COVID-19. Il-ħidma għall-implimentazzjoni rapida u bla xkiel tagħha hija għalhekk prijorità ewlenija għall-presidenza Portugiża. Matul il-mandat tagħna, aħna ser nagħmlu kull sforz biex nappoġġaw il-proċess ta' tħejjija u approvazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, li huma kruċjali għall-irkupru ekonomiku tal-Ewropa u għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali inklużivi tagħha.
João Leão, Ministru tal-Istat għall-Finanzi tal-Portugall (ritratt: il-Gvern Portugiż))
João Leão, Ministru tal-Istat għall-Finanzi tal-Portugall (ritratt: il-Gvern Portugiż))
Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (Infografika)

Self improduttiv

Il-Kummissjoni ppreżentat il-komunikazzjoni tagħha dwar l-indirizzar tas-self improduttiv (NPLs) wara l-pandemija tal-COVID-19. Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-pjan ta' azzjoni.

Is-self improduttiv huwa self minn bank li jkun skada b'aktar minn 90 jum jew li x'aktarx ma jitħallasx lura kollu mingħajr il-ħtieġa ta' bejgħ ta' kollateral. Il-kriżi tal-COVID-19 mistennija li twassal biex il-proporzjon tiegħu jiżdied. Fil-komunikazzjoni l-ġdida tagħha, li tibni fuq il-pjan ta' azzjoni maqbul mill-Kunsill fl-2017, il-Kummissjoni tipproponi li tindirizza l-kwistjoni permezz ta' sensiela ta' azzjonijiet u miżuri b'erba' għanijiet ewlenin:

  • L-iżvilupp ulterjuri ta' swieq sekondarji għal assi f'diffikultà
  • Il-konverġenza tal-oqfsa tal-insolvenza madwar l-UE
  • L-appoġġ għall-istabbiliment u l-kooperazzjoni ta' kumpaniji nazzjonali tal-immaniġġjar tal-assi
  • L-implimentazzjoni ta' miżuri ta' prekawzjoni

Matul id-dibattitu, il-ministri qablu dwar il-ħtieġa li titlesta l-implimentazzjoni tal-miżuri pendenti mill-pjan ta' azzjoni tal-2017. Il-presidenza enfasizzat l-għan tagħha li tagħmel progress rapidu f'dak li għandu x'jaqsam mal-proposti leġiżlattivi rigward is-swieq sekondarji għall-NPLs u l-infurzar extraġudizzjarju aċċellerat tal-kollateral, ladarba l-Parlament Ewropew ikun lest.

Il-ħidma ser tkompli tibni fehma komuni f'oqsma oħra.

Il-programm tal-presidenza

Il-presidenza Portugiża ppreżentat il-prijoritajiet tagħha għall-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji għat-tul tal-mandat tagħha, li jibda minn Jannar sa Ġunju 2021.

Fil-qasam tal-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji, il-prijoritajiet ser jiġu segwiti fi tliet oqsma ewlenin:

  • Spinta mill-ġdid tal-ekonomija fl-Ewropa, fejn il-prijorità ewlenija tal-Presidenza ser tkun l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Ser ikollha wkoll rwol attiv fl-adattament tas-Semestru Ewropew għall-irkupru u tmexxija 'l quddiem b'inizjattivi relatati ma' self improduttiv.

  • It-tisħiħ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, fejn il-presidenza ser tmexxi 'l quddiem id-diskussjonijiet dwar l-inizjattivi tal-Unjoni Bankarja, b'mod partikolari l-istabbiliment ta' skema Ewropea ta' assigurazzjoni tad-depożiti, u dwar l-approfondiment tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Barra minn hekk, qed tippjana li tibda diskussjonijiet dwar emendi għad-Direttiva u r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital, kif ukoll il-proposti leġiżlattivi dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
  • L-indirizzar ta' sfidi ġodda, inkluż it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, fejn l-enfasi ser tkun fuq l-avvanz tal-Pakkett dwar il-Finanzi Diġitali, il-ħidma fuq Strateġija Mġedda għall-Finanzi Sostenibbli u t-tkomplija tal-ħidma fuq l-isfidi tat-taxxa relatati mal-ekonomija diġitali. Il-presidenza ser tibda wkoll diskussjonijiet dwar l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda u segwitu dwar il-pjan ta' azzjoni tal-Unjoni Doganali.

Punti oħra

Bħala parti mill-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew tal-2021, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet rigward il-konklużjonijiet dwar ir-rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija tal-2021 u l-abbozz ta' rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro. Id-dokumenti mistennija jiġu approvati wara l-vidjokonferenza, jew f'laqgħa fiżika tal-Kunsill inkella permezz ta' proċedura bil-miktub. Wara l-approvazzjoni tagħha, ir-rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro ser tintbagħat lill-Kunsill Ewropew f'Marzu għall-approvazzjoni.

Il-ministri qiesu l-ħidma li saret fuq proposti leġiżlattivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Il-presidenza enfasizzat il-ħidma li jmiss fuq il-proposti li jikkonċernaw is-swieq sekondarji għal self improduttiv, l-iskema Ewropea ta' assigurazzjoni tad-depożiti, id-direttiva dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur u l-pakkett FinTech.

Il-president tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Werner Hoyer, ippreżenta s-sejbiet ewlenin tal-aħħar Stħarriġ dwar l-Investiment tal-BEI.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025