- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 5 ta' April 2022
Riżultati ewlenin
Gwerra fl-Ukrajna u sanzjonijiet kontra r-Russja
Il-Kunsill iddiskuta l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-UE fuq ir-Russja, l-effettività tagħhom (bil-għan li tiġi evitata kwalunkwe ċirkomvenzjoni) u t-tisħiħ tagħhom. Il-ministri ddiskutew ukoll il-kwistjonijiet ekonomiċi relatati mal-akkoljenza ta' refuġjati Ukreni.
Il-ministri mbagħad laqgħu lil Serhii Marchenko, Ministru għall-Finanzi tal-Ukrajna, li pparteċipa fl-ewwel laqgħa tiegħu tal-ECOFIN permezz ta' vidjokonferenza. Il-Kunsill seta' jafferma mill-ġdid is-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-poplu Ukren u jevalwa l-appoġġ finanzjarju u materjali pprovdut lill-Ukrajna.
Il-Kunsill imbagħad iddiskuta l-impatt tal-gwerra fl-Ukrajna fuq l-ekonomiji Ewropej, abbażi ta' valutazzjoni ġdida mill-Kummissjoni Ewropea. Id-diskussjoni ffukat b'mod partikolari fuq il-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali u dak Ewropew biex tiġi indirizzata ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-materja prima. Ġiet enfasizzata l-importanza tal-koordinazzjoni bejn l-istati membri tal-pjanijiet ta' appoġġ nazzjonali.
Il-ministri għall-ekonomija u l-finanzi tal-UE qablu li jkomplu jimmonitorjaw l-iżviluppi mill-qrib u kkonfermaw il-ħtieġa għall-għaqda u s-solidarjetà Ewropea. Fil-25 ta' Frar, il-ministri kienu diġà ħarġu dikjarazzjoni flimkien mal-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew, li tenfasizza l-għaqda tagħhom, l-impenn tagħhom li jikkunsidraw is-sanzjonijiet kollha possibbli, kif ukoll ir-rieda tagħhom li jsaħħu l-awtonomija strateġika tal-Ewropa.
- Ukrajna: stqarrija għall-istampa mill-Ministri għall-Finanzi tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (stqarrija għall-istampa, 25 ta' Frar 2022)
- Il-Kunsill jadotta €1.2 biljun f'assistenza lill-Ukrajna (stqarrija għall-istampa, 21 ta' Frar 2022)
- Kronoloġija - Miżuri restrittivi tal-UE b'rispons għall-kriżi fl-Ukrajna (informazzjoni ġenerali)
- Miżuri restrittivi tal-UE b'rispons għall-kriżi fl-Ukrajna (informazzjoni ġenerali)
Awtonomija strateġika ekonomika u finanzjarja Ewropea
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-awtonomija strateġika tas-settur ekonomiku u finanzjarju Ewropew. Il-kuntest ġeopolitiku attwali għamel il-passi konkreti lejn dan l-objettiv saħansitra aktar kruċjali.
- Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet dwar l-awtonomija strateġika tas-settur ekonomiku u finanzjarju Ewropew (5 ta' April 2022)
- Dikjarazzjoni ta' Versailles, 10-11 ta' Marzu 2022
- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza, 19 ta' Jannar 2021
- Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 u t-2 ta' Ottubru 2020
Arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp
Il-Kunsill iddiskuta l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2021 dwar it-tisħiħ tal-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp, filwaqt li ħa l-eżempju tal-inizjattivi tal-BERŻ u tal-BEI biex jingħata appoġġ finanzjarju lill-Ukrajna.
Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq preżentazzjoni tal-istat attwali ta' implimentazzjoni tal-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp mogħtija mill-Kummissjoni, mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), u mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ).
- Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill: Pjan direzzjonali tal-Kummissjoni għal arkitettura finanzjarja Ewropea mtejba għall-iżvilupp u r-rapport ta' progress tal-2021, 24 ta' Marzu 2022
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet dwar it-tisħiħ tal-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp (stqarrija għall-istampa, 14 ta' Ġunju 2021)
Tassazzjoni korporattiva: tassazzjoni ġusta u effettiva għall-gruppi multinazzjonali
Il-Kunsill iddiskuta l-ħidma dwar it-traspożizzjoni fil-liġi tal-UE tal-ftehim globali milħuq fil-Qafas Inklużiv tal-OECD li l-kumpaniji multinazzjonali ma għandhomx iħallsu taxxa ta' inqas minn 15% fid-dinja kollha.
L-għan tad-direttiva huwa li tittrasponi fil-liġi tal-UE r-riforma b'żewġ pilastri tar-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva internazzjonali, kif maqbula mill-qafas inklużiv globali tal-OECD/G20 dwar l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u trasferiment tal-profitti (BEPS). Dan il-ftehim internazzjonali, li jiġbor flimkien 137 pajjiż u ġuriżdizzjoni, jikkostitwixxi pass importanti lejn sistema effettiva u ġusta ta' tassazzjoni fuq il-profitti.
- Reġistrazzjoni tad-diskussjoni fil-laqgħa tal-Kunsill Ecofin fil-5 ta' April 2022
- Reġistrazzjoni tad-diskussjoni fil-laqgħa tal-Kunsill Ecofin fil-15 ta' Marzu 2022
- Reġistrazzjoni tad-diskussjoni fil-laqgħa tal-Kunsill Ecofin fit-18 ta' Jannar 2022
- Direttiva dwar l-istabbiliment ta' livell globali minimu ta' tassazzjoni għall-gruppi multinazzjonali fl-Unjoni Ewropea – Dibattitu ta' orjentazzjoni
- Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' livell minimu globali ta' tassazzjoni għal gruppi multinazzjonali fl-Unjoni
- Tassazzjoni Ġusta: Il-Kummissjoni tipproponi traspożizzjoni rapida tal-ftehim internazzjonali dwar tassazzjoni minima tal-intrapriżi multinazzjonali
- Dikjarazzjoni dwar Soluzzjoni b'Żewġ Pilastri biex Nindirizzaw l-Isfidi tat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija – 8 ta' Ottubru 2021 (OECD)
- Tassazzjoni (informazzjoni ġenerali)
Laqgħat tal-G20 u tal-FMI
Il-Kunsill għamel tħejjijiet għal-laqgħat tar-rebbiegħa tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u qabel dwar il-mandat tal-UE għal-laqgħa li jmiss tal-G20 tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali fl-20 ta' April.
Leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji
Il-Kummissjoni tat preżentazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji.
Punti oħra
Il-Kunsill adotta regoli aġġornati dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u mandat imsaħħaħ għall-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tal-UE. Huwa adotta wkoll deċiżjoni li tawtorizza lill-istati membri jiffirmaw it-tieni protokoll addizzjonali għall-konvenzjoni dwar iċ-ċiberkriminalità (il-Konvenzjoni ta' Budapest). Dan il-protokoll ser itejjeb l-aċċess transfruntier għall-evidenza elettronika li tintuża fi proċedimenti kriminali. It-tliet punti ġew adottati mingħajr ebda diskussjoni.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025