Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-ekonomija u l-finanzi, 2 ta' Marzu 2022

Riżultati ewlenin

Il-ministri tal-UE għall-ekonomija u l-finanzi ltaqgħu permezz ta' vidjokonferenza biex jiddiskutu l-konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, wara l-invażjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata mir-Russja. Bi tweġiba għal din l-aggressjoni, l-UE imponiet sensiela ta' miżuri restrittivi. Minbarra s-sanzjonijiet fuq individwi u entitajiet Russi, l-UE qablet ukoll li timponi sanzjonijiet ekonomiċi kif ukoll restrizzjonijiet fuq il-kooperazzjoni ekonomika mar-Russja.

Il-ministri tal-UE għall-ekonomija u l-finanzi ddiskutew is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet, kif ukoll il-konsegwenzi ta' dawk is-sanzjonijiet fuq l-ekonomiji Ewropej.

Il-Kummissjoni ppreżentat l-analiżi preliminari tagħha tal-impatt tal-miżuri fuq ir-Russja f'termini tas-swieq finanzjarji, il-munita, il-bank ċentrali tagħha u s-sistema bankarja kummerċjali tagħha. Il-ministri qablu li jikkoordinaw miżuri nazzjonali, kif sar matul il-kriżi tal-covid, biex jiġu protetti l-Ewropej u l-kumpaniji Ewropej, fil-kuntest ta' prezzijiet ogħla tal-enerġija.

L-istati membri qablu li jinvestigaw ulterjorment azzjonijiet biex tiġi evitata kwalunkwe ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet, speċjalment bl-użu ta' kriptoassi.

Il-ministri laqgħu l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni fiskali għall-2023 u l-fatt li l-Klawżola Liberatorja Ġenerali ser tkompli tapplika fl-2022, li ser tippermetti li l-politika fiskali taġġusta għas-sitwazzjoni li qed tevolvi. Id-diżattivazzjoni tal-Klawżola Liberatorja Ġenerali ser tiġi vvalutata mill-ġdid abbażi tat-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni għar-Rebbiegħa 2022.

Fl-aħħar nett, il-ministri qablu li jżidu l-appoġġ finanzjarju lill-Ukrajna u jikkoordinaw aktar mal-FMI, il-BERŻ, il-BEI u banek multilaterali oħra tal-iżvilupp.

Bruno Le Maire, Ministru għall-Ekonomija, il-Finanzi u l-Irkupru ta' Franza
Is-27 stat membru esprimew l-unità u d-determinazzjoni totali tagħhom fir-rispons ekonomiku u finanzjarju tagħhom għall-aggressjoni Russa, u fl-appoġġ finanzjarju tagħhom lill-Ukrajna. Is-sanzjonijiet ekonomiċi Ewropej diġà wrew li huma effettivi ħafna. Iddiżorganizzaw is-sistema finanzjarja Russa u pparalizzaw il-Bank Ċentrali Russu. Iddeċidejna li naħdmu fuq miżuri komplementari, sabiex nevitaw li s-sanzjonijiet tagħna jinqabżu. Fir-rigward tal-protezzjoni tal-ekonomiji tagħna, irridu koordinazzjoni mill-qrib fil-livell Ewropew, kif għamilna matul il-kriżi tal-covid.
Bruno Le Maire, Ministru għall-Ekonomija, il-Finanzi u l-Irkupru ta' Franza
Bruno Le Maire, Ministru għall-Ekonomija, il-Finanzi u l-Irkupru ta' Franza

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025