- Kunsill Ambjent
Kunsill Ambjent, 20/12/2018, 20 ta' Diċembru 2018
Riżultati ewlenin
Standards tal-emissjonijiet ta' CO2 għat-trakkijiet
Meta ltaqgħu fi Brussell fl-20 ta' Diċembru, il-ministri għall-ambjent qablu dwar ir-regolament propost dwar l-istandards tas-CO2 għal vetturi tqal. Huma qablu dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-test u stabbilixxew l-ewwel miri qatt maħruġa mill-UE għall-emissjonijiet ta' CO2 mit-trakkijiet.
Mill-2025 'il quddiem, trakkijiet u xarabanks ġodda ser jerħu medja ta' 15 % inqas CO2. U mill-2030, ser jerħu 30 % inqas CO2. Din hija parti mill-isforzi tagħna li niddekarbonizzaw is-settur tat-trasport bit-triq u pass importanti lejn il-kisba tal-għanijiet li qbilna dwarhom fil-Ftehim ta' Pariġi. Ir-regoli li qbilna dwarhom illum ifissru li bejn l-2020 u l-2030 ser nerħu 54 miljun tunnellata inqas ta' CO2, ekwivalenti għall-emissjonijiet totali annwali ta' CO2 mill-Iżvezja. Elisabeth Köstinger, ministru federali għas-sostenibbiltà u t-turiżmu tal-Awstrija
L-istrateġija fit-tul tal-UE dwar il-klima
Il-ministri għall-ambjent ħadu l-opportunità li jkollhom l-ewwel skambju ta' fehmiet dwar l-istrateġija l-ġdida ta' azzjoni dwar il-klima ppreżentata xahar ilu mill-Kummissjoni Ewropea. Tnejn mit-tmien xenarji proposti mill-Kummissjoni jiddeskrivu kif l-UE tista' tilħaq żero emissjonijiet netti sal-2050.
Il-programm LIFE
Il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali parzjali għar-regolament dwar il-LIFE li ser jiżgura li l-programm ewlieni tal-UE għall-protezzjoni ambjentali, l-azzjoni dwar il-klima u l-konservazzjoni ta' speċijiet ta' fawna selvaġġa u ħabitats Ewropej ikompli lil hinn mill-2020.
Suġġetti oħra fl-aġenda
F'sessjoni pubblika, il-Kunsill kellu opportunità jisma' preżentazzjoni mill-Presidenza fuq id-direttiva dwar il-plastiks li jintużaw darba, ir-regolament dwar l-istandards tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet, id-direttiva dwar l-ilma tax-xorb, ir-regolament dwar sustanzi niġġiesa organiċi persistenti u r-regolament dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rappurtar.
Greenhouse gas emissions in the EU (Infografika)
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Programm LIFE: il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu rigward il-programm emblematiku tal-politika ambjentali tal-UE - 20/12/2018
Standards tal-emissjonijiet tas-CO2 għat-trakkijiet: il-Kunsill jilħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu - 20/12/2018
Il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar il-programm spazjali tal-UE futur - 20/12/2018
Ewropa Kreattiva: Il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar il-programm għall-2027-2021 - 20/12/2018
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Peristera Dimopoulou Press officer
- +32 471 33 53 26
- +32 2 281 61 56
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ENVI
Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025