Skip to content
  • Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 04/10/2019, 4 ta' Ottubru 2019

Riżultati ewlenin

Filmat tal-punti ewlenin tal-Kunsill Ambjent li sar fil-Lussemburgu fl-4 ta' Ottubru 2019.

Tibdil fil-klima

Il-Kunsill Ambjent adotta konklużjonijiet dwar it-tibdil fil-klima, maqbula b’unanimità, li jistabbilixxu l-pożizzjoni tal-UE għal-laqgħat tan-NU dwar it-tibdil fil-klima (COP25) f’Santiago de Chile f’Diċembru 2019. Imbagħad il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-viżjoni strateġika fit-tul tal-UE għal ekonomija newtrali għall-klima.

Krista Mikkonen, Ministru għall-Ambjent u l-Klima tal-Finlandja
Il-klima ma tistenniex - hemm bżonn urġenti li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Illum, aħna ddedikajna l-parti l-kbira tal-Kunsill Ambjent għat-tibdil fil-klima. F’Ġunju, il-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern tal-UE talbuna biex navvanzaw il-ħidma biex tiġi żgurata transizzjoni lejn UE newtrali għall-klima. Id-diskussjonijiet tal-lum għenu biex titwitta t-triq għall-istati membri kollha biex jappoġġaw transizzjoni kosteffettiva, ġusta u soċjalment ibbilanċjata. Bħala Presidenza, aħna nappoġġaw ħafna l-għan li, sa tmiem din is-sena, tiġi ffinalizzata l-istrateġija tal-UE għan-newtralità klimatika sal-2050. L-UE hija determinata li tkompli turi tmexxija.
Krista Mikkonen, Ministru għall-Ambjent u l-Klima tal-Finlandja
Krista Mikkonen, Ministru għall-Ambjent u l-Klima tal-Finlandja
Il-Ministri għall-ambjent iddiskutew l-istrateġija fit-tul tal-UE dwar il-klima u qablu dwar il-pożizzjoni tal-UE għall-COP25.

Aktar ċirkolarità - Transizzjoni lejn soċjetà sostenibbli

Wara nofsinhar, il-Kunsill adotta konklużjonijiet komprensivi bil-għan li jaċċelleraw it-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. Il-ministri għall-ambjent qablu unanimament li jenħtieġu aktar sforzi ambizzjużi biex tiġi stimolata transizzjoni sistemika lejn soċjetà sostenibbli.

Il-konsum żejjed, it-tisħin globali u t-telf tal-bijodiversità huma aspetti differenti tal-istess problema. L-ekonomija ċirkolari tipprovdi soluzzjonijiet. Approċċ tal-katina tal-valur u mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja jistgħu jgħinuna nfasslu mill-ġdid l-ekonomiji tagħna bil-għan li nimxu lejn soċjetà ġusta u newtrali mil-lat tal-klima. Krista Mikkonen, Ministru għall-Ambjent u l-Klima tal-Finlandja
L-UE qablet li tieħu passi addizzjonali biex iżżid is-sostenibbiltà, ir-riċiklar u t-tnaqqis tal-iskart.

It-tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar it-tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali li jipprovdu gwida politika għall-politika tal-UE dwar l-ambjent u dik dwar it-tibdil fil-klima għall-perjodu 2021 - 2030.

Punti oħra

Il-Presidenza Finlandiża infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali ta’ proposta leġislattiva dwar l-emissjonijiet f’sewqan reali. Kien hemm ukoll punt ta’ informazzjoni dwar it-tassonomija għal finanzi sostenibbli. Id-delegazzjoni Daniża ppreżentat punt ta' informazzjoni dwar it-transizzjoni għal flotta ta' karozzi tal-passiġġieri mingħajr emissjonijiet.

Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar il-komunikazzjoni tagħha dwar it-tisħiħ tal-azzjoni tal-UE għall-protezzjoni u għar-restawr tal-foresti tad-dinja. Il-Presidenza u l-Kummissjoni infurmaw lill-ministri dwar l-isforzi għall-protezzjoni aħjar tal-ispeċijiet ta’ fawna selvaġġa fil-COP18 għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES). Fl-aħħar nett, id-delegazzjoni Portugiża aġġornat lill-ministri dwar laqgħa ta’ livell għoli li jmiss tal-Pjattaforma dwar l-Ilma UE-Ċina.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025