"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 26/06/2019, 26 ta' Ġunju 2019

Riżultati ewlenin

Sustanzi kimiċi

Il-ministri għall-ambjent adottaw konklużjonijiet li joffru gwida politika dwar l-iżvilupp ta' strateġija ta' politika sostenibbli tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi. Il-konklużjonijiet jindirizzaw b'mod partikolari t-temi tar-REACH, l-interferenti endokrinali, in-nanomaterjali u l-farmaċewtiċi.

Dawn il-konklużjonijiet importanti u dettaljati ser jiggwidaw l-istrateġija ta' politika sostenibbli tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi b'attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent permezz ta' ġestjoni tajba tas-sustanzi kimiċi. Graţiela Leocadia Gavrilescu, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ambjent tar-Rumanija

Il-konklużjonijiet jenfasizzaw ukoll il-ħtieġa li jittejbu u jiġu integrati l-valutazzjoni tar-riskji kimiċi u l-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi fil-leġislazzjoni kollha tal-UE sabiex tiżdied il-koerenza u l-effettività tal-leġislazzjoni tal-UE relatata mas-sustanzi kimiċi.

Il-ministri enfasizzaw il-ħtieġa li jiġi żviluppat mekkaniżmu rilevanti li jikkoordina l-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli bħat-tfal u n-nisa tqal u li qed ireddgħu, u qablu li dan għandu jinkludi l-introduzzjoni ta' rekwiżiti konsistenti tal-ġestjoni tar-riskju fil-leġislazzjoni rilevanti tal-UE dwar sustanzi ta' tħassib, inkluż newrotossini u interferenti endokrinali.

Filmat tal-punti ewlenin tal-Kunsill Ambjent li sar fil-Lussemburgu fis-26 ta' Ġunju 2019

Użu mill-ġdid tal-ilma għat-tisqija agrikola

Fis-26 ta' Ġunju il-Kunsill Ambjent kellu diskussjoni f'seduta pubblika dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma. Il-ministri laħqu approċċ ġenerali dwar dan ir-regolament ġdid li jnaqqas ir-riskju ta' nuqqas ta' ilma għat-tisqija tal-għelejjel u jgħin biex l-Ewropa tadatta għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima.

L-ilma huwa riżorsa prezzjuża. Illum ħadna pass importanti biex indaħħlu fis-seħħ regoli ġodda li jippermettulna nirreklamaw l-ilma b'mod li hu sikur għall-bnedmin u l-annimali, u ta' ġid għall-ambjent. Huwa loġiku li niffissaw standards minimi armonizzati għall-kwalità tal-ilma reklamat u għall-monitoraġġ tal-konformità sabiex il-bdiewa tagħna jkunu jistgħu jużaw ilma bħal dan b'mod sigur għat-tisqija. Dan jinkludi li nitgħallmu mill-esperjenza ta' wħud mill-istati membri li ilhom għexieren ta' snin jerġgħu jużaw l-ilma b'suċċess. Ioan Deneș, Ministru għall-Ilmijiet u l-Foresti tar-Rumanija
L-UE qed tipproponi l-użu mill-ġdid tal-ilma fl-agrikoltura

Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali

Waranofsinhar, il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sejbiet taċ-ċiklu tar-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR) tal-2019. L-istati membri kellhom djalogu u kooperazzjoni mal-Kummissjoni, u taw feedback prezzjuż lill-Kummissjoni li tkun tista' tuża biex ittejjeb xogħolha. Il-ministri użaw din l-opportunità biex jindirizzaw sfidi komuni u jikkondividu l-aħjar prassi fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-leġislazzjoni fil-qasam ambjentali.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Waqt sessjoni pubblika, il-Kunsill kellu l-opportunità li jisma’ preżentazzjoni mill-Presidenza dwar is-sitwazzjoni attwali taż-żewġ proposti leġislattivi attwali: ir-Regolament LIFE u r-regolament dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra mit-trasport marittimu. Il-Presidenza infurmat ukoll lill-ministri bis-sitwazzjoni attwali tad-diskussjonijiet dwar viżjoni strateġika fit-tul għal ekonomija newtrali għall-klima u flimkien mal-Kummissjoni rrappurtat dwar ir-riżultati ta' laqgħat internazzjonali importanti. Il-Kummissjoni ppreżentat il-komunikazzjoni tagħha dwar l-abbozz ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima. Id-delegazzjoni Netherlandiża infurmat lill-ministri dwar konferenza reċenti dwar l-ipprezzar tal-karbonju u t-taxxi fuq l-avjazzjoni, u d-delegazzjoni Awstrijaka infurmat dwar sessjoni ta' ħidma dwar il-futur tal-Programm ta' Azzjoni Ambjentali. Id-delegazzjoni Bulgara ppreżentat miżuri Ewropej possibbli biex jappoġġaw il-mobbiltà nadifa, speċjalment l-elettromobbiltà, u d-delegazzjoni Franċiża infurmat fil-qosor dwar l-eżitu tal-laqgħa tal-Ministri għall-Ambjent tal-G7 li saret reċentement. Id-delegazzjoni Finlandiża ppreżentat il-programm ta' ħidma tal-Presidenza li jmiss.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025