"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Vidjokonferenza tal-ministri għall-ambjent, 23 ta' Ġunju 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-ambjent u l-klima tal-UE kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-kontribut tal-politiki ambjentali u klimatiċi għall-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19.

Il-ministri laqgħu din id-diskussjoni importanti u qablu li l-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu jiggwida l-irkupru lejn tkabbir ekoloġiku u UE aktar reżiljenti.

Fid-diskussjoni, il-ministri ġew mistiedna jwieġbu l-mistoqsijiet li ġejjin:

  • Kif jistgħu l-miżuri minn inizjattivi ppreżentati reċentement tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, bħall-pjan ta' azzjoni għal ekonomija ċirkolari u l-istrateġija dwar il-bijodiversità, jikkontribwixxu bl-aktar mod effettiv għall-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 u jgħinu biex tinbena r-reżiljenza u biex tinħoloq Ewropa aktar sostenibbli u li tibqa' valida fil-futur?
  • Kif tista' l-implimentazzjoni tal-pjan ta' rkupru tiżgura ambjent ta' investiment stabbli u li jħares 'il quddiem u li jiġġenera tkabbir u impjiegi kompatibbli mal-ambjent, biex b'hekk l-UE tibqa' fit-triq it-tajba lejn l-objettiv li tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima sal-2050?
Tomislav Ćorić, Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija tal-Kroazja
Irridu nibnu ekonomija moderna, nadifa u b'saħħitha, li tgħinna niżguraw l-għajxien tal-ġenerazzjonijiet li jmiss. Il-pjan ta' rkupru jista' jgħin biex l-ekonomija tal-Ewropa tingħata spinta wara l-kriżi tal-Covid-19, u fl-istess ħin jista' jixpruna lis-sostenibbiltà u l-azzjoni klimatika tal-Ewropa. Din hija r-raġuni għaliex id-diskussjoni tal-lum kienet daqshekk importanti. L-investimenti pubbliċi fl-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 għandhom jirrispettaw il-ġurament ekoloġiku biex “ma ssir l-ebda ħsara” u għandna nistinkaw biex nagħmlu l-appoġġ finanzjarju konsistenti mal-objettivi tal-UE dwar il-klima u l-ambjent.
Tomislav Ćorić, Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija tal-Kroazja
Tomislav Ćorić, Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija tal-Kroazja

Il-ministri enfasizzaw diversi punti, bħal:

  • Ir-rabtiet bejn l-inizjattivi fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-ħtieġa li dawn jiġu indirizzati b'mod koerenti.
  • Il-ħtieġa ta' riżorsi adegwati għat-transizzjoni ekoloġika taħt il-pjan ta' rkupru u l-QFP.
  • L-importanza tal-objettiv tal-UE għall-2050 ta' newtralità klimatika biex jiġi pprovdut ambjent ta' investiment stabbli li jappoġġa l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku, bħall-enerġija nadifa, ir-rinnovazzjoni tal-bini, l-innovazzjoni u l-adattament; f'dan il-kuntest diversi ministri enfasizzaw il-ħtieġa li jiġi applikat il-prinċipju ta' “la tagħmilx ħsara” filwaqt li xi wħud enfasizzaw il-ħtieġa li jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali jew lokali.
  • L-importanza ta' strateġija għall-bijodiversità għall-irkupru sostenibbli u r-rwol tal-konservazzjoni tan-natura u r-restawr tal-ekosistemi fit-tisħiħ tar-reżiljenza u l-prevenzjoni ta' pandemiji fil-ġejjieni.
  • Il-ħtieġa li l-bijodiversità tiġi integrata b'mod sħiħ f'setturi oħra bħall-agrikoltura, is-sajd u l-forestrija u li tiġi żgurata implimentazzjoni koerenti tal-miżuri tal-UE f'dawn l-oqsma.
  • L-ekonomija ċirkolari, b'enfasi fuq ir-riċiklaġġ, politika ta' prodotti sostenibbli u aktar azzjoni fir-rigward tal-plastik kif ukoll rabta mal-istrateġija li jmiss għas-sustanzi kimiċi. Bosta ministri saħqu dwar il-fatt li l-ekonomija ċirkolari b'mod partikolari tista' tagħti spinta lill-ħolqien ta' impjiegi lokali u żżid ir-reżiljenza billi tagħmel lill-Ewropa inqas dipendenti fuq l-importazzjonijiet. Issemmiet ukoll l-importanza li jinħoloq suq li jiffunzjona tajjeb għall-materja prima sekondarja.
  • L-istrateġija "mill-għalqa sal-platt" u l-biedja organika.

Taħt "affarijiet oħra", il-presidenza Ġermaniża li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha fil-qasam tal-ambjent u l-klima għat-tieni nofs tal-2020.

Il-laqgħa kienet ippreseduta minn Tomislav Ćorić, Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija tal-Kroazja. Il-Kummissjoni kienet irrappreżentata mill-Viċi President tal-Kummissjoni Frans Timmermans u l-Kummissarju Virginijus Sinkevičius.

Il-politika ambjentali u klimatika ser jaqdu rwol ewlieni fl-irkupru tal-Ewropa mill-pandemija tal-COVID-19.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025