"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-ambjent, 18 ta' Marzu 2021

Riżultati ewlenin

Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima

Il-ministri bdew id-diskussjonijiet tagħhom bi skambju ta' fehmiet rigward l-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima. L-istrateġija tiddeskrivi viżjoni fit-tul għall-UE biex issir soċjetà reżiljenti għall-klima li hija kompletament adattata għall-impatti inevitabbli tat-tibdil fil-klima sal-2050. Il-gwida pprovduta mill-ministri ser isservi bħala kontribut għall-abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill.

Liġi Ewropea dwar il-Klima

Il-presidenza informat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati tat-trilogu bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-proposta għal Liġi Ewropea dwar il-Klima.

L-għan tal-liġi Ewropea dwar il-klima huwa li tistabbilixxi fil-leġiżlazzjoni l-objettiv ta' UE newtrali għall-klima sal-2050. Fis-17 ta' Diċembru, il-ministri għall-ambjent tal-UE laħqu qbil dwar approċċ ġenerali dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal liġi Ewropea dwar il-klima, inkluż mira ġdida tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' mill-inqas 55% sal-2030, b'segwitu għall-gwida mogħtija mill-Kunsill Ewropew fil-11 ta' Diċembru. L-approċċ ġenerali jikkostitwixxi l-mandat għal negozjati tal-Kunsill fil-laqgħat tat-trilogu mal-Parlament.

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew s'issa kellhom erba' laqgħat ta' trilogu bil-ħsieb li jintlaħaq qbil politiku, u bħalissa qed iħejju għall-ħames waħda.

João Pedro Matos Fernandes, Ministru għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika tal-Portugall
Illum kelli l-opportunità li niskambja fehmiet mal-ministri għall-ambjent kollegi tiegħi dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati tagħna mal-Parlament Ewropew rigward il-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Ksibna progress kbir iżda għad fadal ħafna kwistjonijiet pendenti u l-istrateġija ta' negozjar tagħna hija li ma jintlaħaq qbil dwar xejn sakemm jintlaħaq qbil dwar kollox. Il-liġi Ewropea dwar il-Klima hija prijorità assoluta għall-Presidenza Portugiża u l-għan tagħna huwa li jintlaħaq qbil mal-Parlament mill-aktar fis possibbli. Ma għandna l-ebda ħin x'naħlu - l-UE hija impenjata bis-sħiħ li ssir newtrali għall-klima sal-2050 u l-Liġi Ewropea dwar il-Klima hija l-ewwel pass kruċjali biex tgħinna niksbu dan l-objettiv.
João Pedro Matos Fernandes, Ministru għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika tal-Portugall
João Pedro Matos Fernandes, Ministru għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika tal-Portugall

Ekoloġizzazzjoni tas-Semestru Ewropew

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar ir-rwol tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fil-kuntest tal-ekoloġizzazzjoni tas-Semestru Ewropew. Is-Semestru Ewropew huwa strument essenzjali għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi madwar l-UE. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija waħda mill-għodod ewlenin għall-irkupru Ewropew mill-pandemija tal-COVID-19, u hija mfassla biex tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali. Il-ministri ddiskutew kif dawn iż-żewġ strumenti jistgħu jikkomplementaw lil xulxin.

Il-batteriji u l-iskart ta' batteriji

Il-ministri għall-ambjent kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar proposta leġiżlattiva dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji. Il-batteriji huma element ewlieni tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Il-proposta għandha l-għan li tnaqqas l-impatti ambjentali u soċjali tal-batteriji matul l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji - mill-provvista tal-materjali għall-produzzjoni, l-użu, ir-riċiklaġġ u r-rimi. B'hekk tallinja l-leġiżlazzjoni attwali mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, tippromwovi l-ekonomija ċirkolari u għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent. Il-proposta għandha l-għan ukoll li tindirizza d-diskrepanzi fis-suq intern minħabba regoli u informazzjoni mhux uniformi, billi toħloq kondizzjonijiet ekwi għall-batteriji permezz ta' sett ta' regoli komuni u aktar ċar. Id-dibattiti ser jikkontribwixxu għat-tħejjija tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-proposta.

Kwistjonijiet oħra

Taħt affarijiet oħra, il-ministri għall-ambjent ħadu nota tat-8 Programm ta' Azzjoni Ambjentali (EAP) li ser iservi bħala gwida ġenerali għall-politika ambjentali Ewropea sal-2030. Fis-17 ta' Marzu, l-Ambaxxaturi tal-istati membri tal-UE approvaw mandat li ser iservi bħala l-pożizzjoni tal-Kunsill biex jinbdew negozjati mal-Parlament Ewropew dwar it-8 EAP.

Fit-12 ta' Marzu, il-Presidenza infurmat lill-ministri dwar l-approvazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija tal-Unjoni dwar is-Sustanzi Kimiċi Sostenibbli: Żmien ta' Azzjoni. Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill jitlob lill-Kummissjoni biex timplimenta l-azzjonijiet stabbiliti fl-istrateġija, mill-aktar fis possibbli, inkluż emendi mmirati biex jissimplifikaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi, jissostitwixxu u jimminimizzaw sustanzi ta' tħassib, u jeliminaw gradwalment l-aktar sustanzi kimiċi ta' ħsara għal użi mhux essenzjali tas-soċjetà.

Il-Kummissjoni u l-Presidenza aġġornaw lill-ministri dwar il-ħames laqgħa tal-Assemblea tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEA-5) li saret f'Nairobi fit-22 u t-23 ta' Frar 2021.

Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-istrateġija tal-UE għall-foresti, li qed titħejja bħalissa.

Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-ministri dwar il-Komunikazzjoni tagħha adottata reċentement dwar ir-rieżami tal-politika kummerċjali, li għall-ewwel darba tpoġġi s-sostenibbiltà fil-qalba tal-politika kummerċjali.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025