Skip to content
  • Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 23 ta' Ottubru 2020

Riżultati ewlenin

Liġi Ewropea dwar il-klima

Il-Kunsill laħaq qbil dwar approċċ ġenerali parzjali dwar il-liġi Ewropea dwar il-klima. L-għan tagħha huwa li tistabbilixxi fil-leġiżlazzjoni l-objettiv ta' UE newtrali għall-klima sal-2050, li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2019.

Svenja Schulze, Ministru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza Nukleari tal-Ġermanja
L-UE hija impenjata bis-sħiħ li jkollha impatt newtrali fuq il-klima sal-2050. Filwaqt li l-Kunsill Ewropew ħabbar li ser jerġa' lura għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-2030 fil-laqgħa tiegħu ta' Diċembru bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar mira ġdida, għandi l-pjaċir inħabbar li llum stajna nilħqu qbil fost l-istati membri dwar partijiet kbar tal-proposta għal-liġi Ewropea dwar il-klima. Huwa importanti li nagħmlu kemm jista' jkun progress f'dan l-att leġiżlattiv essenzjali. Il-ġimgħa li għaddiet, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kunsill biex imexxi 'l quddiem il-ħidma fuq din l-aġenda, u llum, wara diskussjoni intensa, stajna nilħqu stadju importanti fir-rigward tal-proposta għal liġi Ewropea dwar il-klima.
Svenja Schulze, Ministru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza Nukleari tal-Ġermanja
Svenja Schulze, Ministru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza Nukleari tal-Ġermanja
A climate neutral EU... what does it mean?

The Council agreed that the Union-wide 2050 climate-neutrality objective should be pursued by all member states collectively. It stressed the importance of promoting both fairness and solidarity among member states and cost-effectiveness in achieving the climate neutrality objective.

Strateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030

Il-ministri għall-ambjent u l-klima adottaw konklużjonijiet dwar il-bijodiversità, li japprovaw l-objettivi tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030, li għandha l-għan li tpoġġi l-bijodiversità fit-triq lejn l-irkupru. L-istati membri huma profondament imħassba dwar ir-rata globali tat-telf tal-bijodiversità u jirrikonoxxu l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi billi jiġu indirizzati l-kawżi diretti u indiretti tat-telf tal-bijodiversità u tan-natura, bħall-isfruttament żejjed tar-riżorsi naturali, it-tibdil fil-klima, it-tniġġis, l-ispeċijiet eżotiċi invażivi u l-mod kif nużaw l-art u l-baħar. L-istati membri jtennu s-sejħa għal integrazzjoni sħiħa tal-objettivi għall-bijodiversità f'setturi oħra bħall-agrikoltura, is-sajd u l-forestrija kif ukoll għal implimentazzjoni koerenti tal-miżuri tal-UE f'dawn l-oqsma.

Svenja Schulze, Ministru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza Nukleari tal-Ġermanja
Il-pandemija tal-COVID-19 għal darb'oħra wrietna l-importanza fundamentali tal-ekosistemi u l-bijodiversità għal saħħitna u għall-istabbiltà ekonomika u soċjali. Il-bijodiversità hija l-assigurazzjoni tagħna fuq il-ħajja: din tipprovdi arja u ilma nodfa, ikel, materjal għall-bini u ħwejjeġ. Toħloq l-impjiegi u tipprovdi l-għajxien. Bil-qerda tan-natura hemm ukoll ir-riskju ta' tifqigħat ta' mard u pandemiji. Huwa essenzjali li nsalvaw il-bijodiversità u nikkonservaw in-natura b'mod globali biex nipprevjenu mard infettiv ġdid. Bħala President tal-Kunsill, ninsab kuntent li llum ilħaqna qbil unanimu dwar iż-żieda fl-isforzi tagħna biex nindirizzaw it-telf tal-bijodiversità.
Svenja Schulze, Ministru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza Nukleari tal-Ġermanja
Svenja Schulze, Ministru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza Nukleari tal-Ġermanja

Il-konklużjonijiet adottati llum jagħtu gwida politika rigward l-implimentazzjoni tal-istrateġija u jaffermaw mill-ġdid id-determinazzjoni tal-UE li tmexxi bl-eżempju fl-indirizzar tal-kriżi globali tal-bijodiversità u fl-iżvilupp ta' qafas globali ambizzjuż ġdid tan-NU dwar il-bijodiversità fil-Konferenza tan-NU dwar il-Bijodiversità fl-2021.

Affarijiet oħra

Id-delegazzjoni Pollakka ppreżentat l-proposta tagħha għal titjib tal-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet biex tixpruna t-trasformazzjoni lejn in-newtralità klimatika fl-UE. Id-delegazzjoni Netherlandiża infurmat lill-ministri rigward is-summit dwar l-adattament għall-klima li għandu jsir fil-25 ta' Jannar 2021.

Id-delegazzjoni Litwana infurmat lill-ministri dwar it-tmien sessjoni tal-laqgħa tal-partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali (Espoo MOP-8) li għandha ssir bejn it-8 u l-11 ta' Diċembru 2020. Id-delegazzjoni Netherlandiża infurmat lill-ministri dwar il-Forum dinji dwar l-ekonomija ċirkolari li għandu jsir fil-15 ta' April 2021.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat lill-ministri l-komunikazzjoni tagħha dwar l-istrateġija tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi għas-sostenibbiltà, il-komunikazzjoni tagħha dwar l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali fl-istati membri, il-proposta leġiżlattiva attwali tagħha għal regolament li jemenda r-regolament ta' Aarhus kif ukoll id-deċiżjoni tagħha dwar it-8 programm ta' azzjoni ambjentali.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025