"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Saħħa), 14 ta' Ġunju 2022

Riżultati ewlenin

Spazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa (EHDS)

Il-Kunsill kellu diskussjoni dwar il-proposta għal regolament dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa (EHDS).

Din il-proposta għal regolament, adottata mill-Kummissjoni Ewropea fis-3 ta' Mejju 2022, hija pilastru essenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa. Din għandha l-għan li tiffaċilita l-aċċess tal-pazjenti għad-data dwar is-saħħa tagħhom f'forma elettronika u li tiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data mal-professjonisti tal-kura tas-saħħa fl-UE. Għandha wkoll l-għan li tippermetti l-użu mill-ġdid ta' tali data mir-riċerkaturi, l-industrija u l-awtoritajiet pubbliċi, f'ambjent sigur u taħt kondizzjonijiet stretti.

Il-ministri laqgħu l-proposta għal regolament li, ladarba jiġi adottat, ser jipprovdi qafas legali stabbli biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' data dwar is-saħħa fl-Unjoni, li jippermetti fost l-oħrajn li s-settur tal-kura tas-saħħa jsir aktar effiċjenti u li tiġi avvanzata r-riċerka xjentifika. Madankollu, huma nnutaw il-kwistjonijiet sensittivi li jirriżultaw minn din il-proposta, bħas-sigurtà u l-protezzjoni tad-data u l-ħtieġa li jiġi żviluppat qasam ta' fiduċja għall-benefiċċju ta' kulħadd.

Rieżami tal-istrateġija globali tal-UE dwar is-saħħa

Il-ministri tas-saħħa tal-UE kellhom skambju dwar l-istrateġija globali tal-UE dwar is-saħħa. Fid-dawl tal-avvenimenti reċenti - inkluż il-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa u umanitarja kkawżata mill-gwerra fl-Ukrajna - jidher li huwa meħtieġ aġġornament tal-istrateġija attwali, li tmur lura għall-2010.

Fid-19 ta' Mejju 2022, il-Kummissjoni ħabbret it-tnedija ta' proċess biex tiġi żviluppata strateġija globali ġdida tal-UE dwar is-saħħa.

Il-ministri laqgħu din id-deċiżjoni biex jitnieda l-proċess ta' rieżami. Huma enfasizzaw l-importanza ta' din l-istrateġija fid-definizzjoni mill-ġdid tal-prijoritajiet globali tal-UE fil-qasam tas-saħħa, bħat-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa, it-tħejjija għall-kriżijiet tas-saħħa u r-rispons għalihom u l-promozzjoni tal-approċċ Saħħa Waħda. Il-ministri appellaw ukoll biex din l-istrateġija ssaħħaħ l-influwenza tal-UE fuq is-saħħa fix-xena internazzjonali u l-koordinazzjoni bejn l-atturi rilevanti tal-UE.

L-isfidi li ġejjin tal-istrateġija tal-UE ta' tilqim kontra l-COVID-19

Matul skambju informali, il-ministri ddiskutew l-isfidi li ġejjin tal-istrateġija tal-UE ta' tilqim kontra l-COVID-19, kemm f'termini ta' akkwist ta' vaċċini fil-livell Ewropew kif ukoll f'termini ta' solidarjetà internazzjonali.

Affarijiet oħra

Il-Presidenza Franċiża infurmat lid-delegazzjonijiet dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar abbozz ta' regolament dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa.

Il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-regolamenti dwar l-apparat mediku u l-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa.

Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-ministri dwar theddid emerġenti għas-saħħa (każijiet ta' epatite severa fit-tfal u l-ġidri tax-xadini), kif ukoll dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa u umanitarja fl-Ukrajna (b'mod partikolari evakwazzjonijiet mediċi u appoġġ għas-saħħa għall-Ukrajna).

Id-delegazzjonijiet tal-Belġju, in-Netherlands, il-Lussemburgu, l-Awstrija u l-Irlanda ddiskutew id-dħul fis-suq fl-Ewropa għad-drogi, inkluż lakuni fl-evidenza u s-soluzzjonijiet potenzjali.

Id-delegazzjoni Bulgara, Kroata, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Pollakka, Rumena, Slovakka u dik Slovena infurmaw lill-Kunsill dwar l-ittra konġunta tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-dispożizzjonijiet tal-kuntratti ta' xiri ta' vaċċini kontra l-COVID-19.

Fl-aħħar nett, il-Presidenza Ċeka li jmiss ipprovdiet informazzjoni dwar il-programm ta' ħidma tagħha.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025