"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Saħħa), 29 ta' Marzu 2022

Riżultati ewlenin

Wara aġġornament dwar ir-rispons tal-Unjoni għall-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna fuq is-saħħa, il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar l-isfidi li jmiss tal-istrateġija ta’ solidarjetà tal-UE fir-rigward it-tilqim.

Is-sitwazzjoni sanitarja u umanitarja fl-Ukrajna

Il-Kummissjoni infurmat lid-delegazzjonijiet dwar is-sitwazzjoni sanitarja u umanitarja fl-Ukrajna u dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Unjoni, li jinkludu partikolarment l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' solidarjetà għat-trasferiment ta' pazjenti Ukreni, l-aċċess għat-tilqim kontra l-mard infettiv, b'mod partikolari għat-tfal, u inizjattivi relatati mas-saħħa mentali.

Il-ministri tennew l-impenn tagħhom li jappoġġaw lill-Ukrajna u l-popolazzjoni tagħha mil-lat ta' saħħa, u anke lill-istati membri tal-Unjoni bi fruntieri mal-Ukrajna li jinsabu fl-ewwel linja biex jiżguraw il-kura medika tar-refuġjati Ukreni.

L-istrateġija ta' solidarjetà tal-UE dwar it-tilqim

Sentejn wara t-tifqigħa tal-pandemija u sena wara t-tnedija tal-kampanji ta' tilqim fl-Unjoni, l-istati membri ddiskutew l-aġġornament tal-istrateġija tagħhom fir-rigward tal-akkwist tal-vaċċini u d-donazzjoni tagħhom biex jindirizzaw l-isfidi l-ġodda relatati mat-tilqim kontra l-COVID-19.

Is-sitwazzjoni epidemjoloġika marbuta mal-imxija tas-SARS-CoV-2 fl-Ewropa u madwar id-dinja qed titjieb u, fl-istess ħin, il-provvista tal-vaċċini issa qed taqbeż id-domanda kemm fl-istati membri kif ukoll fil-pajjiżi riċevituri tad-donazzjonijiet tal-Unjoni.

L-UE hija impenjata li tagħti 700 miljun doża sa nofs l-2022 biex tappoġġa l-mira stipulata mid-WHO li titlaqqam 70% tal-popolazzjoni tad-dinja. F'Marzu 2022, l-istati membri kienu diġà pprovdew aktar minn 400 miljun doża ta' vaċċini kontra l-COVID-19 lill-pajjiżi li l-aktar kellhom bżonnhom, u b'hekk l-UE kienet l-akbar donatur fid-dinja.

Il-kondiviżjoni tal-vaċċini mal-pajjiżi li għandhom bżonnhom tibqa' objettiv ewlieni tal-istrateġija tal-Unjoni dwar it-tilqim, iżda l-implimentazzjoni tagħha mistennija tevolvi biex issir aktar effettiva.

Xi bidliet li jistgħu jsiru fl-istrateġija ġenerali tal-UE dwar it-tilqim huma:

  • l-adattament tal-kuntratti tax-xiri tal-vaċċini filwaqt li jitqies il-proporzjon kbir tal-popolazzjoni Ewropea mlaqqma bl-ewwel doża u r-riżerva ta' dożi miżmuma mill-istati membri;
  • l-ottimizzazzjoni tal-iskedi tal-konsenja tad-donazzjoni tad-dożi u l-ġestjoni tal-ħażniet, flimkien mal-COVAX;
  • djalogu regolari mal-intrapriżi biex ikunu jistgħu jsiru dawn l-adattamenti.

L-istati membri enfasizzaw ukoll l-importanza li dawn il-lievi jiġu evalwati fid-dawl ta' għarfien espert u monitoraġġ xjentifiċi kondiviżi fil-livell tal-Unjoni.

Fl-aħħar nett, l-Istati Membri insistew dwar il-ħtieġa li jkun hemm, malajr kemm jista' jkun, definizzjoni ta' strateġija komuni ta' tilqim, b'mod partikolari fir-rigward tal-possibbiltà ta' aċċess usa' għar-raba' doża.

Stampa: Il-kontribuzzjoni tal-UE għas-solidarjetà globali dwar il-vaċċini kontra l-COVID-19.

COVID-19: il-kontribuzzjoni tal-UE għas-solidarjetà globali dwar il-vaċċini (Infografika)

Ir-rispons Ewropew għall-mard rari (ikla ta' ħidma informali)

Aktar minn 30 miljun ċittadin Ewropew huma affettwati minn marda rari; 95% minnhom għadhom ma rċevewx trattament jew ma għandhomx kura personalizzata.

F'dan il-kuntest, il-ministri ddiskutew l-opportunità li jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-istati membri u fil-livell tal-UE fil-qasam tal-mard rari. Il-Presidenza xtaqet torganizza dan id-dibattitu għax tqis li t-tisħiħ tal-azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam huwa eżempju konkret tal-kontribut tal-Unjoni għas-saħħa pubblika għaċ-ċittadini Ewropej.

Il-kooperazzjoni bejn l-istati membri u l-istituzzjonijiet mediċi dwar il-mard rari diġà hija kruċjali biex jiġu megħjuna l-pazjenti kkonċernati, iżda għodod oħra jistgħu jkomplu jtejbu l-azzjoni tal-Unjoni. B'mod partikolari, il-ministri ddiskutew ir-rwol tal-ispazju Ewropew futur tad-data dwar is-saħħa fil-ġlieda kontra l-mard rari. L-aċċess għal data ta' kwalità għolja u f'qafas sigur dwar is-saħħa jista' għalhekk jikkontribwixxi biex jitħaffef l-aċċess għal terapiji ġodda, aktar siguri u aktar personalizzati.

Affarijiet oħra

Il-Presidenza għaddiet xi informazzjoni dwar id-Deċiżjoni adottata reċentement mill-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati f'isem l-Unjoni bil-ħsieb ta' ftehim internazzjonali dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji u ta' emendi supplimentari għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa.

Il-Presidenza rrapportat dwar id-diversi konferenzi organizzati fil-qasam tas-saħħa minn Jannar 2022. Hija semmiet il-konferenzi dwar ir-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa (18 ta' Jannar), is-saħħa diġitali (2 ta' Frar), is-saħħa globali (9 ta' Frar), il-mard rari (28 ta' Frar) u r-reżistenza għall-antibijotiċi (7 ta' Marzu) kif ukoll il-Kunsill informali tal-EPSCO fi Grenoble (10 ta' Frar) dwar il-bini ta' Unjoni tas-saħħa pubblika.

Fl-aħħar nett, il-Presidenza informat lill-ministri dwar in-negozjati li għaddejjin bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar pożizzjoni komuni fir-rigward ta' Regolament dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa.

Il-Kunsill adotta wkoll, mingħajr diskussjoni, il-punti fil-lista ta' punti A mhux leġiżlattivi.

Il-Kunsill adotta Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 138/2004 fir-rigward tal-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025