"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Impjiegi u politika soċjali), 8 ta' Diċembru 2022

Riżultati prinċipali

Xogħol fuq il-pjattaformi: Il-ministri ddiskutew kif jistgħu jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol

Il-ministri għall-impjiegi tal-UE ddiskutew proposta tal-presidenza għal pożizzjoni komuni tal-istati membri dwar abbozz ta' liġi tal-UE biex jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jaħdmu permezz tal-pjattaformi. Ir-regoli proposti għandhom l-għan li jiffaċilitaw id-determinazzjoni korretta tal-istatus ta' impjieg tal-persuni li jagħmlu xogħol fuq il-pjattaformi.

Il-qofol tad-direttiva proposta huwa li jiġi żgurat li l-persuni li jaħdmu permezz ta' pjattaformi tax-xogħol diġitalijingħataw l-istatus ta' impjieg legali li jikkorrispondi għall-arranġamenti tax-xogħol reali tagħhom. Hija tipproponi lista ta' verifika biex jiġi vvalutat jekk il-pjattaforma hijiex "impjegatur" jew jekk persuna ġenwinament taħdimx għal rasha.

Minkejja n-negozjati li komplew matul il-jum u diversi tentattivi tal-presidenza biex tippreżenta kompromess ma kien hemm ebda maġġoranza kwalifikata li tappoġġa approċċ ġenerali.

Marian Jurečka, viċi prim ministru u ministru għax-xogħol u l-affarijiet soċjali
Kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-ħaddiema tal-konsenja tal-ikel, ix-xufiera tar-ride-hailing u dawk kollha li jaħdmu permezz ta' pjattaforma diġitali huma essenzjali. L-ekonomija tal-pjattaformi hija settur li qed jagħmel suċċess kbir u jeħtieġ li niżguraw li l-persuni li jwettqu xogħol fuq il-pjattaformi jkollhom il-pożizzjoni ta' impjieg li jistħoqqilhom.
Marian Jurečka, viċi prim ministru u ministru għax-xogħol u l-affarijiet soċjali
Marian Jurečka, viċi prim ministru u ministru għax-xogħol u l-affarijiet soċjali

L-istati membri jilħqu pożizzjoni komuni biex itejbu l-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji tal-asbestos

Il-ministri stabbilew il-pożizzjoni tagħhom dwar proposta biex il-leġiżlazzjoni tal-UE li tipproteġi lill-ħaddiema mir-riskji tal-asbestos issir aktar stretta. Il-Kunsill irid li jitnaqqas il-livelli attwali ta' esponiment u li l-għadd ta' fibri tal-asbestos isir fuq il-bażi ta' metodu aktar modern. Jekk ikun hemm qbil, ir-regoli l-ġodda jiżguraw li l-ebda ħaddiem ma jkun espost għal konċentrazzjoni ta' aktar minn 0.01 fibra ta' asbestos għal kull cm³. Dan huwa tnaqqis ta' għaxar darbiet meta mqabbel mal-valur attwalment fis-seħħ. L-istati membri ddeċidew ukoll li jużaw metodu aktar modern u sensittiv għall-għadd tal-fibri tal-asbestos, jiġifieri l-mikroskopija tal-elettroni(EM).

Qabel ma ssir liġi, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iridu jaqblu dwar pożizzjoni konġunta dwar ir-reviżjoni proposta.

Protezzjoni aktar b'saħħitha tal-ħaddiema mir-riskji tal-asbestos ser issalva l-ħajjiet. L-istati membri tal-UE jeħtieġ li jillimitaw drastikament l-esponiment tal-ħaddiema għall-periklu tal-asbestos u ninsab kuntent li huma lesti li jagħmlu dan. Marian Jurečka, viċi prim ministru u ministru għax-xogħol u l-affarijiet soċjali

Rakkomandazzjonijiet ġodda: Kura fit-tul u kura u edukazzjoni tat-tfal

Il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Din tirrakkomanda li:

  • mill-inqas 45% tat-tfal taħt it-tliet snin jipparteċipaw fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (Japplikaw miri speċifiċi għall-istati membri li għad iridu jilħqu l-għanijiet tal-2002.)
  • mill-anqas 96% tat-tfal bejn l-età ta' tliet snin u l-età meta tibda l-edukazzjoni primarja obbligatorja għandhom jipparteċipaw fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal

Illum ġiet adottata wkoll it-tieni rakkomandazzjoni dwar kura fit-tul ta' kwalità għolja affordabbli. Tipproponi azzjonijiet biex il-kura ssir aktar aċċessibbli, affordabbli u ta' kwalità aħjar.

Fl-aħħar nett, il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-Istrateġija Ewropea għall-Kura fejn indirizzaw b'mod partikolari modi biex jittejbu d-disponibbiltà, il-kwalità, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi tal-kura fil-kuntest politiku u ekonomiku attwali.

Il-presidenza ppreżentat rapport ta' progress dwar proposta għal direttiva dwar l-Ugwaljanza, proposta biex il-protezzjoni mid-diskriminazzjoni abbażi ta' reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali tiġi estiża għal oqsma lil hinn mix-xogħol. Il-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-pakkett tal-ħarifa tas-Semestru Ewropew, ġiet segwita minn skambju ta' fehmiet tal-ministri u rieżami tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' persuni li ilhom żmien twil qiegħda.

Il-ministri approvaw ukoll żewġ ġabriet ta' konklużjonijiet: dwar l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol u dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f'ekonomiji mfixkla.

L-istati membri fl-aħħar laħqu qbil politiku fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar introjtu minimu adegwat.

Affarijiet oħra

Il-presidenza għarrfet lid-delegazzjonijiet dwar is-sitwazzjoni attwali tad-deċiżjoni dwar is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023, dwar il-konferenzi li saru matul il-mandat tagħha u dwar il-laqgħat tal-gvern Ċek fl-Ukrajna.

Il-Kummissjoni tat informazzjoni dwar id-direttivi li ġejjin dwar it-tisħiħ tar-rwol u l-indipendenza tal-korpi tal-ugwaljanza u dwar is-sitwazzjoni attwali tal-pjattaforma Ewropea għall-ġlieda kontra l-kondizzjoni ta' persuni mingħajr dar.

Il-presidenza Żvediża li jmiss finalment ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025