Skip to content
  • Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Vidjokonferenza informali tal-ministri għas-saħħa, 15 ta' Marzu 2022

Riżultati ewlenin

Il-ministri għas-saħħa ltaqgħu għal vidjokonferenza informali biex jaqblu dwar rispons koordinat u inklużiv tal-UE għall-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna fuq is-saħħa.

L-akkoljenza bħal qatt qabel ta' refuġjati u persuni spostati, l-evakwazzjoni medika u l-kura ta' persuni midruba fil-gwerra u persuni li jbatu minn mard kroniku ser ikollhom impatt sinifikanti fuq l-istati membri, b'mod partikolari fuq is-sistemi tas-saħħa tagħhom u, l-ewwel nett, fuq il-pajjiżi li jmissu mal-Ukrajna.

Il-ministri għas-saħħa fakkru fid-dritt ta' aċċess għall-kura tas-saħħa ggarantit mid-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja. L-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn id-drittijiet hija aktar u aktar importanti għal dawn in-nies minħabba l-effetti tal-gwerra fuq is-saħħa mentali u fiżika tagħhom. Xi wħud minnhom korrew jew isofru minn mard kroniku jew gravi.

Il-ministri rreferew għal azzjonijiet fil-pajjiżi differenti mill-awtoritajiet pubbliċi, l-istituzzjonijiet tas-saħħa, il-professjonisti tas-saħħa u s-soċjetà ċivili organizzata li ser jippermettu reazzjonijiet ta' emerġenza jew fit-tul. Huwa f'dan il-kuntest li l-ministri tas-saħħa kkunsidraw kif jiżguraw il-kura medika ta' dawn il-persuni u jħejju, mil-lum, għal reazzjonijiet għal din l-isfida tas-saħħa u tal-bniedem mingħajr preċedent.

Il-ministri laqgħu l-ħolqien tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà tal-UE biex jiffaċilita l-evakwazzjonijiet mediċi ta' persuni fil-bżonn ta' trattament u kura speċjalizzati fl-isptar. Il-ministri qablu wkoll b'mod partikolari dwar il-ħtieġa li tingħata prijorità lit-tfal morda fl-evakwazzjoni medika tar-refuġjati billi jiġi żgurat li jibqgħu mdawwra mill-familji tagħhom, biex jiġu aġġornati f'ħin reali l-kapaċitajiet ta' akkoljenza għall-kura akuta tar-refuġjati sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kura, biex jiġu kkunsidrati l-mezzi tat-trasport ta' persuni li jeħtieġu evakwazzjoni medika sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ibbażati fuq l-iskala tas-sitwazzjoni u biex jiġi kkunsidrat l-iskjerament ta' sptarijiet temporanji fil-Polonja biex tiġi ffaċilitata l-evakwazzjoni tal-pazjenti skont il-patoloġiji tagħhom.

Olivier Véran, Ministru Franċiż għas-Solidarjetà u s-Saħħa
L-Ewropa tieqaf mal-miljuni ta' refuġjati Ukreni. L-Unjoni Ewropea żgurathom dritt ta' aċċess għall-kura tas-saħħa. Jeħtieġ li nikkoordinaw l-azzjonijiet tagħna u nistabbilixxu operazzjonijiet biex nittrattaw, b'mod partikolari, persuni b'mard kroniku u morda serjament, li jistgħu jserrħu fuq is-solidarjetà tagħna. Iżda l-istati membri tal-UE ser jappoġġaw ukoll lil xulxin biex jiżguraw li s-sistemi tas-saħħa jkunu jistgħu jlaħħqu ma' dawn l-isfidi.
Olivier Véran, Ministru Franċiż għas-Solidarjetà u s-Saħħa
Olivier Véran, Ministru Franċiż għas-Solidarjetà u s-Saħħa

Fil-qalba tad-diskussjoni kien hemm it-trattament mediku tar-refuġjati li jbatu minn mard kroniku u akut fl-istati tal-fruntiera jew fl-istati membri li jospitaw ir-refuġjati u l-persuni spostati minħabba l-gwerra. Il-ministri ddiskutew ukoll ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tal-istati membri kollha tal-UE, li diġà ntlaqtu b'mod sinifikanti mill-kriżi tal-COVID-19 u li issa qed jiffaċċjaw kriżi tas-saħħa ġdida - u potenzjalment itwal.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025