"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Saħħa), 21 ta' Ġunju 2024

Riżultati ewlenin

Unjoni Ewropea tas-Saħħa

Il-Kunsill approva l-konklużjonijiet bit-titolu "Il-Futur tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa: Ewropa li tieħu ħsieb, tħejji u tipproteġi", fejn stabbilixxa oqsma ewlenin ta' fokus għall-politika tas-saħħa tal-UE u ħeġġeġ lill-Kummissjoni l-ġdida biex iżżomm is-saħħa bħala prijorità.

Frank Vandenbroucke, Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u l-Affarijiet Soċjali tal-Belġju

Is-sistemi tas-saħħa Ewropej huma mistennija li jiffaċċjaw għaxar snin diffiċli, bil-ħtiġijiet dejjem jikbru ta' popolazzjoni li qed tixjieħ, mard kroniku li qed jiżdied, nuqqas ta' mediċini u apparat mediku, u l-irtirar tal-ħaddiema tas-saħħa li kollha qed jitfgħu pressjoni kbira fuq ir-riżorsi tagħna. Il-kriżi klimatika u ż-żieda fl-intelliġenza artifiċjali jkomplu jikkumplikaw is-sitwazzjoni. Biex tlaħħaq ma' dawn l-isfidi, l-Ewropa trid iżżid l-isforzi tagħha. Matul l-aħħar sitt xhur, il-ministri għas-saħħa tal-UE ddeskrivew programm ambizzjuż, li għandu l-għan li jsawwar mill-ġdid l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa u jiżgura kura tas-saħħa reżiljenti u ta' kwalità għolja fl-istati membri kollha.

Frank Vandenbroucke, Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u l-Affarijiet Soċjali tal-Belġju

Frank Vandenbroucke, Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u l-Affarijiet Soċjali tal-Belġju

Pakkett farmaċewtiku

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar is-sistema ta' inċentivi fil-pakkett farmaċewtiku, regolament u direttiva proposti mill-Kummissjoni f'April 2023. Huma ddiskutew it-triq 'il quddiem dwar il-modulazzjoni tal-perjodi regolatorji ta' protezzjoni tad-data, l-inċentiv għall-aċċess għas-suq, u l-inċentiv għall-ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati. Il-presidenza Belġjana aġġornat ukoll lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali usa' tal-pakkett.

Matul id-diskussjoni:

  • il-biċċa l-kbira tal-ministri esprimew appoġġ għall-modulazzjoni, dment li l-qafas kien ċar, prevedibbli u rrispetta l-ħtieġa għall-innovazzjoni, filwaqt li minoranza notevoli appoġġat il-qafas attwali
  • diversi ministri enfasizzaw li l-aċċess m'għandux ikun marbut mal-ipprezzar u r-rimborż, b'kont meħud tad-differenzi bejn is-sistemi nazzjonali
  • il-ministri kollha qablu li kienet meħtieġa soluzzjoni għall-aċċess, iżda kien hemm fehmiet imħallta dwar kif dan għandu jinkiseb, b'xi wħud jesprimu appoġġ għal approċċ li jinċentiva lill-kumpaniji biex jiffaċilitaw l-aċċess, filwaqt li oħrajn ippreferew jimponu obbligu fuq il-kumpaniji
  • il-ministri esprimew appoġġ għal inċentiv ta' ħtieġa medika mhux issodisfata (UMN), iżda ħassew li d-definizzjoni u l-kriterji ta' dan l-inċentiv għandhom jiġu diskussi aktar, speċifikament fir-rigward tal-kisba taċ-ċertezza legali u l-oġġettività fl-applikazzjoni tiegħu

Tipi ta' kanċer prevenibbli bil-vaċċini

Il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni li tagħti miżuri ġodda dwar tipi ta' kanċer prevenibbli bil-vaċċini bħala parti mill-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer. Ir-rakkomandazzjoni għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-użu u l-monitoraġġ tat-tilqim kontra l-papillomavirus uman (HPV) u l-virus tal-epatite B (HBV), it-tnejn li huma jistgħu jikkawżaw il-kanċer. Din tipproponi miżuri biex tgħin lill-istati membri jżidu t-tilqim kontra mard prevenibbli bil-vaċċini.

Affarijiet oħra

Taħt affarijiet oħra, il-ministri għas-saħħa tal-UE rċevew informazzjoni dwar l-10 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, il-ftehim dwar il-pandemija, il-kummerċjalizzazzjoni tat-tabakk u n-nikotina lit-tfal, l-prodotti l-ġodda tat-tabakk u tan-nikotina, is-sitwazzjoni tas-saħħa f’Gaża, il-ħażna nazzjonali tal-mediċini, l-isforzi biex tintemm l-HIV/AIDS, avvenimenti organizzati mill-presidenza Belġjana, u l-programm ta' ħidma tal-presidenza Ungeriża li jmiss.

Dibattitu informali waqt l-ikel

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri ħadu sehem f'dibattitu informali dwar l-aċċess ekwu għall-kura tas-saħħa fl-istati membri tal-UE.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025