"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Politika Soċjali, Impjiegi), 16 ta' Lulju 2024

Nuqqas ta' ħaddiema u ta' ħiliet fl-UE

Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħaddiema u ta' ħiliet fl-UE. Id-dibattitu segwa l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni u ffoka fuq iż-żieda fil-livelli tal-impjiegi fost il-gruppi li bħalissa huma sottorappreżentati fis-suq tax-xogħol, bħaż-żgħażagħ u l-ħaddiema akbar fl-età.

Matul id-dibattitu, il-ministri qasmu l-isfidi ewlenin fuq perjodu qasir u medju li jirriżultaw min-nuqqas ta' ħaddiema f'pajjiżhom. Dawn kienu jinkludu nuqqasijiet f'oqsma ewlenin bħall-kura tas-saħħa, l-IT, l-inġinerija, u l-kostruzzjoni, u l-ħtieġa ta' adattament għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. Huma ddeskrivew il-miżuri li kienu diġà ħadu biex iżidu l-livelli ta' impjieg fost iż-żgħażagħ u l-ħaddiema akbar fl-età, bħall-istabbiliment ta' pjattaformi għat-tqabbil tal-impjiegi, it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-inċentivar ta' min iħaddem biex jipprovdi opportunitajiet ta' titjib tal-ħiliet u ta' tagħlim tul il-ħajja, u l-introduzzjoni ta' età tal-irtirar flessibbli. Huma ddiskutew ukoll modi oħra biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet, inkluż sejħiet rilevanti għal azzjoni, miżuri potenzjali ta' politika dwar l-impjiegi, u l-użu effettiv ta' riżorsi pubbliċi u privati.

Sándor Czomba, Ministru tal-Istat għall-Politika tal-Impjiegi tal-Ungerija

In-nuqqas ta' ħaddiema u ta' ħiliet bħalissa jirrappreżenta l-akbar sfida għall-impjieg fl-Unjoni Ewropea, u huwa ostaklu sinifikanti għat-tkabbir. Jekk irridu noħolqu ekonomija sostenibbli u ntejbu l-kompetittività tagħna, jeħtieġ li nimmobilizzaw il-potenzjal mhux sfruttat tal-forza tax-xogħol tal-UE billi ngħinu lill-gruppi sottorappreżentati jiksbu aċċess għal opportunitajiet ta' impjieg.

Sándor Czomba, Ministru tal-Istat għall-Politika tal-Impjiegi tal-Ungerija

Sándor Czomba, Ministru tal-Istat għall-Politika tal-Impjiegi tal-Ungerija

Semestru Ewropew

Bħala parti miċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew, il-Kunsill approva l-aspetti tal-impjiegi u tal-politika soċjali tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għal kull stat membru. Huma approvaw ukoll l-opinjoni tal-kumitat tal-impjiegi u l-kumitat tal-protezzjoni soċjali dwar il-valutazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għall-2024 u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għall-2023.

L-inklużjoni soċjali tal-persuni b'diżabilità: appoġġ għall-integrazzjoni (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar ir-rwol tal-integrazzjoni (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol fit-trawwim tal-inklużjoni soċjali tal-persuni b'diżabilità fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. Il-ministri ppreżentaw l-inizjattivi diġà fis-seħħ f'pajjiżhom biex jgħinu biex tiżdied ir-rata ta' impjieg għall-persuni b'diżabilità, inkluż miri nazzjonali, kwoti, inċentivi għal min iħaddem u skemi ta' mentoraġġ tal-karriera. Huma kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-aktar miżuri u għodod ta' politika importanti għall-promozzjoni ta' impjieg ta' kwalità u ugwali tal-persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol miftuħ, bħal kampanji ta' sensibilizzazzjoni u skambju tal-aħjar prattiki bejn l-istati membri tal-UE. Huma kkunsidraw ukoll ir-rwol tal-Kummissjoni fl-appoġġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw l-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità għall-2021-2030.

Affarijiet oħra

Iċ-Ċekja, appoġġata mill-Belġju, il-Bulgarija, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja, qasmet informazzjoni dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata protezzjoni rapida tal-pensjonijiet għall-persuni li eżerċitaw il-libertà ta' moviment tagħhom fl-UE, u ressqet din il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kunsill.

Dibattitu informali waqt l-ikel

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, sar dibattitu informali dwar is-suġġett tal-koeżjoni territorjali għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali. Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar kif jista' jsir l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli, bħall-fondi tal-UE għat-tnaqqis tal-faqar u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali ta' gruppi emarġinati vulnerabbli. Huma qasmu wkoll l-aħjar prattiki għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi territorjali, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi u s-servizzi soċjali.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025