"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 7 ta' Mejju 2024

Riżultati ewlenin

Emanċipazzjoni ekonomika u indipendenza finanzjarja tan-nisa

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar l-emanċipazzjoni ekonomika u l-indipendenza finanzjarja tan-nisa bħala perkors lejn l-ugwaljanza sostantiva bejn il-ġeneri, abbażi ta' rapport tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE).

Il-konklużjonijiet jappellaw għal miżuri aktar b'saħħithom biex jippromwovu l-emanċipazzjoni ekonomika u l-indipendenza finanzjarja tan-nisa, inkluż billi tiġi integrata perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki u l-leġiżlazzjoni ekonomiċi u finanzjarji, tiġi miġġielda l-vjolenza ekonomika abbażi tal-ġeneru, tiġi indirizzata d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, u tittejjeb id-disponibbiltà ta’ data diżaggregata skont is-sessi f'oqsma ewlenin bħall-politiki fiskali, il-vjolenza ekonomika, il-ġid individwali u l-ekonomija tal-kura.

L-indipendenza finanzjarja hija essenzjali għal ugwaljanza vera bejn il-ġeneri, peress li tippermetti lin-nisa jieħdu kontroll ta' ħajjithom u tal-għażliet tagħhom. Madankollu, ħafna drabi n-nisa ma jitħallewx jiksbu indipendenza finanzjarja minħabba fatturi bħad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, l-inugwaljanza fil-pensjonijiet, il-parteċipazzjoni baxxa fil-forza tax-xogħol, u l-isterjotipi persistenti bejn il-ġeneri. Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill jappella għal sforzi akbar kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali għal fehim u indirizzar aħjar tal-ostakli li jipprevjenu lin-nisa fl-Ewropa milli jiksbu indipendenza finanzjarja.

Marie-Colline Leroy, Segretarju tal-Istat għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, l-Opportunitajiet Indaqs u d-Diversità tal-Belġju

Direttiva dwar it-Trattament Ugwali

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar id-direttiva proposta tal-Kunsill biex jiġi implimentat il-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali f'oqsma oħra minbarra l-impjiegi (id-Direttiva dwar it-Trattament Ugwali).

Id-diskussjoni ffukat fuq il-progress li diġà sar fin-negozjati u fuq l-azzjoni li għad trid tittieħed sabiex jintlaħaq approċċ ġenerali (kompromess dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill) matul il-presidenza Belġjana.

Il-maġġoranza l-kbira tal-istati membri esprimew l-appoġġ tagħhom għat-test ta' kompromess kif inhu bħalissa u appellaw għall-adozzjoni rapida tad-direttiva. Madankollu, żewġ stati membri kienu għadhom qed iqisu l-impatt finanzjarju u amministrattiv potenzjali tal-implimentazzjoni tad-direttiva, u stat membru wieħed qajjem dubji dwar il-ħtieġa għal leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE f'dan il-qasam.

In-nisa fil-ħajja pubblika

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar is-suġġett tan-nisa fil-ħajja pubblika, li ffoka b'mod partikolari fuq in-nuqqas ta' rappreżentanza tan-nisa fir-rwoli ta' tmexxija u ta' teħid ta' deċiżjonijiet politiċi fl-UE.

Il-ministri ddiskutew l-isfidi li jiffaċċjaw in-nisa fil-politika, inkluż il-vjolenza abbażi tal-ġeneru (b'mod partikolari l-fastidju online u d-diskors ta' mibegħda), l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, u d-distribuzzjoni inugwali tar-responsabbiltajiet ta' kura, u nnotaw li dawn il-kwistjonijiet spiss kienu aktar sinifikanti għan-nisa li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli. Ippreżentaw l-istrateġiji u l-mekkaniżmi li jintużaw fil-pajjiżi tagħhom biex tittejjeb ir-rappreżentanza tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet u biex titrawwem l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-rwoli ta' tmexxija.

L-istati membri esploraw ukoll inizjattivi possibbli li jistgħu jiġu introdotti fil-livell tal-UE biex tiġi promossa aktar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika, inkluż: l-iskambju tal-aħjar prattika; is-sensibilizzazzjoni; l-integrazzjoni ta' perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki kollha tal-UE; ir-rappreżentanza ugwali tal-irġiel u n-nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-livell tal-UE; u mekkaniżmi istituzzjonali li juru impenn kontinwu għall-bini ta' Unjoni ta' Ugwaljanza, inkluż Strateġija ġdida tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri wara l-2025, Kummissarju ddedikat għall-Ugwaljanza, u kulleġġ tal-Kummissarji b'ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Affarijiet oħra

Il-punti li ġejjin ġew indirizzati taħt "affarijiet oħra":

  • avvenimenti organizzati mill-presidenza Belġjana
  • informazzjoni mill-presidenza Belġjana dwar il-bidla possibbli tat-titolu tal-konfigurazzjoni tal-Kunsill "Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur", li ma jinkludix it-terminu "Ugwaljanza"
  • is-sitwazzjoni attwali tal-istħarriġ dwar il-vjolenza kontra n-nisa
  • is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul
  • is-sitwazzjoni attwali tal-komunikazzjoni li jmiss tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tagħha dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025
  • is-sitwazzjoni attwali tal-komunikazzjoni li jmiss dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu
  • il-kandidat li ser jirrappreżenta lill-UE fl-elezzjonijiet għall-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità

Punti A

Il-Kunsill adotta wkoll, bħala punti A, żewġ direttivi biex jissaħħaħ ir-rwol tal-korpi tal-ugwaljanza madwar l-UE kif ukoll direttiva għall-ġlieda kontra l-vjolenza kontra in-nisa u l-vjolenza domestika.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025