"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Ugwaljanza bejn il-ġeneri

L-UE għamlet avvanzi sinifikanti fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz ta' leġiżlazzjoni, inizjattivi ta' għoti ta' setgħa, u parteċipazzjoni akbar fil-forza tax-xogħol.

Avvanz tad-drittijiet tan-nisa

Għalkemm l-inugwaljanzi jippersistu, matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin, sar progress sostanzjali lejn il-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Fl-UE, dan il-progress huwa dovut għal-leġiżlazzjoni, l-integrazzjoni ta' perspettivi tal-ġeneru fil-politiki kollha, u miżuri mmirati għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa.

Xejriet pożittivi jinkludu żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol u avvanzi fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

Madankollu, għad hemm differenzi bejn il-ġeneri: in-nisa għadhom ikkonċentrati f'setturi b'pagi aktar baxxi u mhumiex rappreżentati biżżejjed fir-rwoli tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

l-irġiel u n-nisa huma ugwali

Paga ugwali

L-UE introduċiet regoli ġodda dwar it-trasparenza fil-pagi biex tiżgura paga ugwali għal xogħol ugwali.

Skont ir-regoli l-ġodda, il-kumpaniji tal-UE ser ikunu meħtieġa jaqsmu informazzjoni dwar il-pagi u jieħdu azzjoni jekk id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri tagħhom taqbeż il-5%.

Id-direttiva tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar kumpens għall-vittmi ta' diskriminazzjoni fil-pagi u dwar penali, li jinkludu multi għal impjegaturi li jiksru r-regoli.

Trasparenza mtejba

In-nuqqas ta' trasparenza fil-pagi ġie identifikat bħala wieħed mill-ostakli ewlenin biex titnaqqas id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, li fl-2024 fl-UE kien madwar 11%.

Dan ifisser li bħala medja n-nisa jaqilgħu 11% inqas fis-siegħa mill-irġiel għal xogħol ugwali.

Id-differenza fil-pagi tħalli impatt fit-tul fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nisa, fuq ir-riskju li jkunu esposti għall-faqar u fuq id-differenza persistenti bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet, li hija madwar 25% fl-UE (data tal-Eurostat tal-2024).

Illustration: a woman struggling to reach the top of a wall and line chart with decreasing pay gap at 13%.

Why pay transparency can help reduce the EU’s gender pay gap (Infografika)

Rappreżentazzjoni aħjar

L-UE introduċiet l-inizjattiva ta' bilanċ bejn il-ġeneri għall-bordijiet korporattivi.

Bħalissa, il-bordijiet tal-kumpaniji Ewropej juru disparità kbira bejn il-ġeneri.

L-għan huwa li n-nisa fil-bordijiet jikkostitwixxu mill-inqas 40% tad-diretturi mhux eżekuttivi, jew 33% tad-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi sal-2026.

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

In-nisa spiss jesperjenzaw xkiel fil-karriera u telf finanzjarju minħabba r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom assoċjati mal-indukrar tat-tfal.

Sabiex tindirizza dan, l-UE ħolqot regoli ġodda dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata biex tippromwovi bilanċ tajjeb bejn l-impenji tal-familja u tax-xogħol u biex tipprovdi opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol u d-dar.

Intemmu l-vjolenza kontra n-nisa

L-UE introduċiet miżuri ġodda biex tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika.

Il-proposta għandha l-għan li tiżgura livell minimu ta' protezzjoni madwar l-UE u li tikkriminalizza firxa ta' reati, inkluż il-mutilazzjoni ġenitali femminili u l-vjolenza ċibernetika.

Vittmi ta' vjolenza

B'mod allarmanti, mill-inqas żewġ nisa jinqatlu kuljum fl-UE minn sieħeb intimu jew membru tal-familja.

Mara Ewropea minn kull tlieta jesperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali, u waħda minn kull żewġ nisa jiffaċċjaw fastidju sesswali f'xi punt f'ħajjithom.

Il-miżuri l-ġodda jindirizzaw ir-realtà li n-nisa jibqgħu affettwati b'mod sproporzjonat minn diversi forom ta' vjolenza.

Fatti u ċifri dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru fl-UE, inkluż l-għadd ta' nisa li esperjenzaw il-vjolenza u kif iċ-ċittadini tal-UE iqisu din il-kwistjoni.

Intemmu l-vjolenza kontra n-nisa (Infografika)

Ara wkoll

Nondiskriminazzjoni

Raġel u mara bi lbies formali bilqiegħda fuq munzelli ta' muniti ta' għoli differenti taħt lenti, li jissimbolizzaw id-disparità fil-pagi u t-trasparenza.

It-trasparenza fil-pagi fl-UE

Immaġni li turi miżien tal-ġustizzja, ħaddiem fil-qasam tas-saħħa u ħaddiem fil-qasam tal-kostruzzjoni, u t-tnejn qed iżommu clipboard.

Drittijiet tax-xogħol

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Marzu 2026