- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 07/12/2015, 7 ta' Diċembru 2015
Riżultati ewlenin
Unjoni bankarja: mekkaniżmu superviżorju uniku
Il-President tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), Danièle Nouy, irrapportat dwar l-attivitajiet tal-MSU matul l-aħħar sitt xhur, inkluża l-aħħar valutazzjoni komprensiva ta’ disa’ banek u l-implimentazzjoni tal-qafas legali u metodoloġiku tal-MSU.
Hija infurmat lill-Grupp tal-Euro dwar il-konsultazzjoni pubblika mill-MSU dwar abbozz ta’ Regolament tal-BĊE u abbozz ta’ gwida tal-BĊE, li għandhom l-għan li jkomplu jarmonizzaw is-superviżjoni tal-banek sinifikanti fiż-żona tal-euro. Il-konsultazzjoni ser tibqa’ għaddejja sas-16 ta’ Diċembru u hija waħda mill-passi ewlenin lejn il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ugwali fis-settur bankarju taż-żona tal-euro.
- Mekkaniżmu superviżorju uniku (informazzjoni ġenerali)
- Superviżjoni bankarja: valutazzjoni komprensiva
Greċja: is-sitwazzjoni attwali
L-istituzzjonijiet u l-Ministru Grieg għall-Finanzi, Euclid Tsakalotos, għarraf lill-Grupp tal-Euro dwar it-triq 'il quddiem għall-implimentazzjoni tal-programm tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) tal-Greċja, li ntlaħaq qbil dwaru Awwissu li għadda.
Il-Grupp tal-Euro jistenna lill-awtoritajiet Griegi jimplimentaw malajr il-leġislazzjoni miftiehma taħt it-tieni sett ta’ miri. Dan għandu jillibera l-għoti ta’ EUR 1 biljun mill-MES.
Il-ministri ġew infurmati li r-rikapitalizzazzjoni tas-settur bankarju Grieg mhux ser teħtieġ iktar minn l-ammont ta' mhux aktar minn EUR 10 biljuni bħalissa disponibbli fil-programm għal dan l-għan. Dan huwa ferm anqas mill-pakkett ta’ mhux aktar minn EUR 25 biljun allokat għar-rikapitalizzazzjoni tal-banek fil-bidu ta’ programm tal-Greċja. Il-fondi għar-rikapitalizzazzjoni jingħataw mill-MES lill-Faċilità għall-Istabbiltà Finanzjarja Ellenika.
L-Irlanda turi li implimentazzjoni ddeterminata ta’ programm ta’ aġġustament tista’ ddawwar l-ekonomija għall-benefiċċju taċ-ċittadini Il-President tal-Grupp tal-Euro Jeroen Dijsselbloem
Irlanda: is-sorveljanza ta' wara l-programm
Il-Grupp tal-Euro laqa' r-riżultati tar-raba' missjoni ta' sorveljanza ta' wara l-programm fl-Irlanda, mwettqa f'Novembru mill-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Bank Ċentrali Ewropew u f'koordinazzjoni mal-Fond Monetarju Internazzjonali.
Il-missjoni kkonkludiet li l-isforzi kurrenti ta’ aġġustament tal-pajjiż kienu qed ikomplu jħallu riżultati pożittivi, kif wera t-tkabbir qawwi tal-PDG u l-progress li sar fit-tnaqqis tad-dejn pubbliku u jindirizza l-kwistjoni ta’ self mhux produttiv fis-settur finanzjarju. Il-missjoni ta' sorveljanza ta' wara l-programm li jmiss ser issir fir-rebbiegħa tal-2016.
- Statement following the 4th post-programme surveillance mission to Ireland (November 2015)
- Post-programme surveillance for Ireland
Diskussjonijiet tematiċi dwar it-tkabbir u l-impjiegi: pensjonijiet
Il-ministri qasmu l-fehmiet u l-esperjenzi tagħhom dwar l-isfidi politiċi domestiċi fl-implimentazzjoni tar-riformi tal-pensjoni. Huma ddiskutew ukoll l-isfida li jiġu indirizzati l-ispejjeż assoċjati ma’ popolazzjoni li qed tixjieħ b’mod fiskalment sostenibbli.
Bank Ażjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura
Il-Grupp tal-Euro ħa nota tal-progress li sar lbiex jintlaħaq qbil fil-prinċipju dwar il-ħolqieb ta’ kostitwenza tal-istati membri taż-żona tal-euro li jipparteċipaw f’bank ta’ investiment fl-infrastruttura Ażjatiku.
Il-Grupp tal-Euro adotta wkoll il-programm ta’ ħidma tiegħu għall-ewwel nofs tal-2016.
Streaming dirett, filmati u ritratti
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025