- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 12/07/2018, 12 ta' Lulju 2018
Riżultati ewlenin
Informazzjoni mis-Summit tal-Euro ta' Ġunju
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno informa lill-ministri dwar l-eżitu tas-Summit tal-Euro, li sar fid-29 ta' Ġunju.
Huwa ddeskriva wkoll fil-qosor il-kwistjonijiet relatati mal-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja li l-Grupp tal-Euro ser ikun mistenni jaħdem fuqhom qabel il-laqgħa tas-Summit tal-Euro li jmiss, li hija skedata għal Diċembru ta' din is-sena.
Dawn jinkludu termini ta’ referenza għal garanzija ta’ kontinġenza komuni għall-fond uniku ta’ riżoluzzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), u dokument dwar il-kondizzjonijiet għall-iżvilupp ulterjuri tal-MES, kif ukoll pjan direzzjonali għall-bidu ta’ negozjati politiċi dwar l-EDIS. Il-Grupp tal-Euro ser jiddiskuti wkoll l-elementi l-oħra kollha elenkati fl-ittra tal-president tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Ġunju 2018 lill-President Tusk.
- Summit tal-Euro, 29 ta' Ġunju 2018
- Dikjarazzjoni tas-Summit tal-Euro, 29 ta' Ġunju 2018
- Ittra mill-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk
Preżentazzjoni tal-previżjoni interim tas-sajf
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta s-sitwazzjoni u l-prospetti ekonomiċi għaż-żona tal-euro, abbażi ta' preżentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-previżjoni interim tagħha tas-sajf.
Il-Grupp tal-Euro jiddiskuti regolarment is-sitwazzjoni ekonomika u l-isfidi tal-politika ekonomika bħala parti mill-isforzi tiegħu biex jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.
Sitwazzjoni u prospettivi baġitarji
Il-Grupp tal-Euro kellu diskussjoni dwar is-sitwazzjoni baġitarja fiż-żona tal-euro inġenerali, li ffokat fuq il-prospettivi għall-2019. Ir-riżultati ta’ dan l-iskambju ser jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-abbozz ta’ pjanijiet baġitarji tal-istati membri taż-żona tal-euro u r-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro l-istati membri fl-2019.
Il-President tal-Bord Fiskali Ewropew (EFB), Niels Thygesen, ippreżenta r-rapport tal-EFB. L-EFB huwa korp konsultattiv indipendenti tal-Kummissjoni Ewropea. Huwa jagħti pariri dwar kwistjonijiet relatati mal-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro.
Il-Grupp tal-Euro huwa meħtieg mil-liġi tal-UE li jiddiskuti s-sitwazzjoni u l-prospettivi baġitarji taż-żona tal-euro fil-qafas tal-valutazzjoni tal-abbozz ta' pjanijiet baġitarji tal-istati membri taż-żona tal-euro. Għaldaqstant ikollu diskussjonijiet regolari dwar il-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro.
- Bord Fiskali Ewropew (EFB)
- Rapport tal-EFB: Valutazzjoni tal-pożizzjoni fiskali prospettiva xierqa għaż-żona tal-euro
L-Irlanda u Spanja: missjonijiet ta' sorveljanza ta’ wara l-programm
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew ippreżentaw lill-Grupp tal-Euro s-sejbiet ewlenin mill-missjonijiet ta' sorveljanza ta’ wara l-programm tagħhom għal Spanja u l-Irlanda, li saru f'April u f'Mejju tal-2018 rispettivament.
Il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà ppreżenta s-sejbiet relatati mas-sistema ta' twissija bikrija tiegħu fiż-żewġ pajjiżi.
Il-Fond Monetarju Internazzjonali informa wkoll dwar il-konsultazzjoni reċenti tiegħu mal-Irlanda skont l-Artikolu IV.
Skont ir-rapporti tal-istituzzjonijiet, il-prestazzjoni ekonomika kemm tal-Irlanda u Spanja għadha b’saħħitha, u r-riskji f’termini ta’ ħlas lura tas-self rispettiv tagħhom huma baxx sa ferm baxx.
Is-sorveljanza ta’ wara l-programm (PPS) issir f'pajjiżi li jkunu temmew programmi ta' assistenza finanzjarja sakemm mill-inqas 75% tal-assistenza finanzjarja li jkunu rċevew tkun tħallset lura. L-għan hu li jkun ivvalutat jekk hemmx xi riskji għall-kapaċità tagħhom li jħallsu lura s-self li jkunu rċevew tul il-programmi tagħhom.
- Dikjarazzjoni mill-persunal tal-Kummissjoni Ewropea u tal-BĊE wara l-konklużjoni tad-disa' missjoni ta' sorveljanza ta’ wara l-programm għall-Irlanda
- Dikjarazzjoni mill-persunal tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Bank Ċentrali Ewropew wara d-disa' żjara ta' sorveljanza ta’ wara l-programm għal Spanja
- Rapport dwar is-Sorveljanza ta' wara l-Programm. Irlanda, Rebbiegħa 2018
- Rapport dwar is-Sorveljanza ta' wara l-Programm. Spanja, Rebbiegħa 2018
- Irlanda: Konsultazzjoni tal-2018 skont l-Artikolu IV
L-intenzjoni tal-Bulgarija li tissieħeb mal-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju tal-UE (ERM II)
Fil-marġini tal-laqgħa tal-Grupp tal-Euro, ir-rappreżentanti mill-istati membri taż-żona tal-euro, il-Bank Ċentrali Ewropew u d-Danimarka ltaqgħu fil-preżenza tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Bulgarija biex jiddiskutu l-prospetti tal-parteċipazzjoni tal-Bulgarija fl-ERM II.
Il-parteċipanti tal-laqgħa adottaw dikjarazzjoni.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025