"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Mekkaniżmu Superviżorju Uniku

Objettivi ewlenin:

  • li jiżgura superviżjoni msaħħa tas-settur bankarju tal-Ewropa f'konformità ma' sett uniku ta' standards u rekwiżiti ta' livell għoli
  • li jiżgura r-robustezza tas-settur bankarju Ewropew
  • li jikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja u l-integrazzjoni finanzjarja taż-żona tal-euro u s-suq uniku inġenerali

Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) - pilastru ewlieni tal-unjoni bankarja - huwa sistema fil-livell tal-UE għas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet tal-kreditu fiż-żona tal-euro u f'dawk l-istati membri tal-UE li mhumiex fiż-żona tal-euro li jagħżlu li jingħaqdu mal-mekkaniżmu.

L-għan tiegħu hu li jiżgura superviżjoni msaħħa tas-settur bankarju tal-Ewropa.

Is-superviżjoni titwettaq permezz ta' arkitettura integrata li tikkombina awtorità sovranazzjonali - il-Bank Ċentrali Ewropew - u l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, li jikkooperaw mill-qrib f'konformità ma' sett uniku ta' standards u rekwiżiti ta' livell għoli.

L-attivitajiet tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku huma appoġġati permezz ta' pilastru ewlieni ieħor tal-unjoni bankarja - il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, li jikkonsisti minn awtorità unika ta' riżoluzzjoni (il-Bord) u Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni biex jgħinu fir-riżoluzzjoni ta' banek li jkunu qed ifallu.

Kompiti ewlenin 

  • sorveljanza tal-konformità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mar-rekwiżiti prudenzjali
  • identifikazzjoni ta' dgħufijiet fi stadju bikri
  • żgurar ta' azzjoni biex dawk id-dgħufijiet jiġu kkoreġuti, sabiex is-sitwazzjoni ma titħalliex tiżviluppa f'theddida għall-istabbiltà finanzjarja inġenerali

Struttura

Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku huwa magħmul mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali tal-istati membri parteċipanti tal-UE.

Atti legali

It-testi li jistabbilixxu l-MSU jikkonsistu minn regolament li jikkonferixxi kompiti superviżorji lill-BĊE u regolament emendat dwar l-istabbiliment tal-Awtorità Bankarja Ewropea.

Arranġamenti ta' kooperazzjoni

L-arranġamenti prattiċi ta' kooperazzjoni bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali huma stabbiliti mir-regolament tal-BĊE, magħruf bħala r-'regolament qafas tal-MSU'.

Saru arranġamenti simili ta' kooperazzjoni bejn il-Kunsill tal-UE u l-BĊE, kif ukoll bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE.

Min jagħmel xiex fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku?

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew ser jagħmel superviżjoni diretta tal-akbar 120 grupp bankarju fiż-żona tal-euro, li jkopru aktar minn 85% tal-assi bankarji, u jagħmel superviżjoni indiretta ta' madwar 3 400 istituzzjoni iżgħar 
©© Jörg Hackemann - Fotolia.com

Bank Ċentrali Ewropew

Il-BĊE huwa responsabbli għall-funzjonament ġenerali tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.

Huwa jissorvelja direttament il-banek 'sinifikanti' kollha taż-żona tal-euro (u b'mod partikolari l-banek sistemiċi kbar) f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali.

Il-banek soġġetti għal superviżjoni diretta huma dawk li għandhom assi ta' aktar minn €30 biljun jew li jirrappreżentaw mill-inqas 20% tal-PDG tal-pajjiż ta' oriġini. Attwalment hemm madwar 120 bank bħal dawn fiż-żona tal-euro, li jirrappreżentaw kważi 85% tal-assi totali bankarji tagħha.

Superviżjoni tfisser it-twettiq ta' verifiki regolari sabiex jiġi żgurat li l-banek jinsabu f'pożizzjoni tajba biex joperaw. Din tinkludi eżami ta' kif isellfu, jissellfu u jinvestu jew, b'mod aktar ġenerali, kif jaderixxu mal-ġabra unika tar-regoli.

Il-BĊE assuma l-kompiti superviżorji sħaħ tiegħu f'Novembru 2014.

Fil-fażi preparatorja, is-solidità tal-banek kienet qed tiġi vverifikata fil-forma ta' 'valutazzjoni komprensiva', inkluż l-analiżi tal-karti tal-bilanċ tal-banek, speċjalment il-kwalità tal-assi, u t-'testijiet tal-istress', li huma mfassla biex jittestjaw jekk il-banek humiex kapitalizzati biżżejjed u jifilħu għal kriżijiet.

Il-BĊE jwettaq tali analiżi f'kooperazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea, fejn xieraq. 

Il-BĊE għandu wkoll is-setgħa li jagħti jew jirtira l-liċenzji tal-banek, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, u li jissanzjona lill-banek f'każijiet ta' nonkonformità.

Barra minn hekk, huwa jimmonitorja s-superviżjoni ta' banek iżgħar imwettqa mill-awtoritajiet ta' superviżjoni nazzjonali. Jista' jiddeċiedi li jissorvelja direttament lil kwalunkwe bank fl-istati membri li jipparteċipaw fil-MSU biex jiżgura l-applikazzjoni konsistenti tal-istandards ta' superviżjoni.

Il-BĊE huwa responsabbli lejn il-Kunsill tal-UE u l-Parlament Ewropew  għall-implimentazzjoni ta' dawn ir-regoli. Huwa daħal f'arranġamenti speċifiċi dwar it-trasparenza u r-responsabbiltà kemm mal-Parlament Ewropew kif ukoll mal-Kunsill.

Bord Superviżorju tal-BĊE

Il-kompiti superviżorji tal-BĊE jitwettqu minn Bord Superviżorju stabbilit apposta. Id-deċiżjonijiet tal-bord jitqiesu bħala adottati dment li l-Kunsill Governattiv tal-BĊE ma jirrifjutahomx.

Il-Bord huwa magħmul minn:

  • il-president
  • il-viċi president
  • 4 rappreżentanti tal-BĊE
  • rappreżentant minn kull awtorità ta' sorveljanza nazzjonali fl-istati membri parteċipanti tal-UE

Il-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro u li jipparteċipaw fil-MSU jingħataw id-drittijiet sħaħ u indaqs ta' vot bħal tal-membri taż-żona tal-euro fuq il-Bord Superviżorju.

Danièle Nouy inħatret president tal-Bord Superviżorju tal-BĊE f'Diċembru 2013 u Sabine Lautenschläger inħatret viċi president tal-Bord Superviżorju fi Frar 2014. It-tnejn li huma nħatru għal mandat ta' 5 snin, li ma jiġġeddidx.

Awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali

L-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali huma responsabbli għas-sorveljanza tal-banek iżgħar u jwettqu kompiti superviżorji oħrajn ta' kuljum marbuta mal-protezzjoni tal-konsumatur, il-ħasil tal-flus, is-servizzi ta' ħlas u l-fergħat tal-banek ta' pajjiżi terzi.

Il-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill jaħtar lill-president u l-viċi president tal-Bord Superviżorju. Il-kandidati huma proposti mill-BĊE u l-Parlament Ewropew irid jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

Barra minn hekk, il-Parlament u l-Kunsill għandhom id-dritt li jibdew proċedura għat-tneħħija tal-president, għalkemm kwalunkwe azzjoni li tittieħed b'reazzjoni hija fid-diskrezzjoni tal-BĊE.

Awtorità Bankarja Ewropea

L-EBA hija responsabbli għall-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva u konsistenti tal-ġabra unika tar-regoli fis-settur bankarju. Hija tipparteċipa wkoll fit-tħejjija tat-testijiet tal-istress fuq il-banek li għandhom jitwettqu mill-BĊE, peress li l-EBA tikkoordina l-eżerċizzju ta' testijiet tal-istress fl-UE kollha inġenerali.

Għaliex il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku?

Is-superviżjoni bankarja integrata fil-livell tal-UE kienet neċessarja sabiex jiġi indirizzat ir-riskju akbar ta' effetti konsegwenzjali u kontaġju transfruntier f'każijiet ta' kriżijiet tal-banek fl-UE. Dan ir-riskju kiber, hekk kif għamlu l-attivitajiet transfruntiera tas-settur bankarju Ewropew u l-interdipendenzi sussegwenti.

Ir-riskju rriżulta partikolarment akut fiż-żona tal-euro, fejn il-kriżi finanzjarja reċenti wriet li s-sempliċi koordinazzjoni tas-superviżjoni bankarja nazzjonali ma kinitx suffiċjenti biex tiġġestixxi l-kriżijiet u tiżgura l-istabbiltà finanzjarja. L-istati membri għalhekk iddeċidew li kienet meħtieġa sistema superviżorja bankarja unika.