- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 07/09/2018, 7 ta' Settembru 2018
Riżultati ewlenin
Il-laqgħa tal-Grupp tal-Euro saret f'żewġ formati: laqgħa regolari tal-ministri taż-żona tal-euro, u laqgħa tal-ministri tas-27 stat membru tal-UE biex jiddiskutu kwistjonijiet marbutin mal-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
09:00 - Laqgħa tal-Grupp tal-Euro fil-format regolari
Skambju ta' fehmiet mal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew
Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet ma' Roberto Gualtieri, President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) tal-Parlament Ewropew, dwar il-perspettiva u l-isfidi ekonomiċi taż-żona tal-euro.
Il-President tal-Grupp tal-Euro jattendi regolarment il-Kumitat ECON tal-Parlament Ewropew, għal djalogu ekonomiku dwar il-ħidma u l-prijoritajiet ta' politika tal-Grupp tal-Euro. L-inizjattiva tal-President Centeno li jistieden lill-President tal-Kumitat ECON tal-Parlament Ewropew għal skambju speċifiku ta' fehmiet għandha l-għan li tkompli ssaħħaħ id-djalogu bejn il-Parlament Ewropew u l-Grupp tal-Euro.
Diskussjoni tematika dwar l-effiċjenza allokattiva fis-swieq tax-xogħol u tal-prodotti
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-effiċjenza allokattiva fis-swieq tax-xogħol u tal-prodotti abbażi ta' analiżi tal-Kummissjoni. Il-kapaċità ta' pajjiż li jalloka r-riżorsi b'mod effiċjenti fis-swieq tax-xogħol u tal-prodotti ssaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika u għalhekk hija partikolarment rilevanti għaż-żona tal-euro.
Il-ministri semgħu wkoll preżentazzjoni minn Christopher Antoniou Pissarides, Professur tal-Ekonomija fil-London School of Economics u rebbieħ tal-Premju Nobel. Il-Professur Pissarides tkellem dwar l-impatt tal-intelliġenza artifiċjali u l-awtomatizzazzjoni fuq is-swieq tax-xogħol.
- Effiċjenza allokattiva fiż-żona tal-euro - Nota mill-Kummissjoni
- Sfidi għas-Swieq tax-Xogħol fl-Ewropa - Preżentazzjoni minn Christopher Pissarides
Portugall: it-tmien missjoni ta' sorveljanza ta' wara l-programm
Il-Grupp tal-Euro ġie infurmat dwar is-sejbiet ewlenin tat-tmien missjoni ta' sorveljanza ta' wara l-programm fil-Portugall, li saret bejn il-5 u t-12 ta' Ġunju 2018.
L-għan ewlieni tas-sorveljanza ta' wara l-programm huwa li tevalwa l-kapaċità ta' pajjiż li jħallas lura s-self mogħti taħt il-programm preċedenti tiegħu. Din tiġi fi tmiemha meta mill-inqas 75% tas-self riċevut ikun tħallas lura.
- Dikjarazzjoni mill-persunal tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Bank Ċentrali Ewropew wara t-Tmien Missjoni ta' Sorveljanza ta' Wara l-Programm fil-Portugall
- Assistenza finanzjarja lill-Portugall: Sorveljanza ta' Wara l-Programm (Kummissjoni Ewropea)
10:30 - Laqgħa tas-27 stat membru
Approfondiment tal-UEM: segwitu tas-Summit tal-Euro ta' Ġunju, inkluż il-kwistjonijiet ta' garanzija ta' kontinġenza komuni
Il-ministri ddiskutew is-segwitu tas-Summit tal-Euro ta' Ġunju 2018, li kien qabel li l-Grupp tal-Euro ser jiddiskuti aktar il-punti kollha marbutin mal-approfondiment tal-UEM elenkati fl-ittra tal-President Centeno tal-25 ta' Ġunju. Il-Grupp tal-Euro qabel li jeżamina aktar dawn it-temi b'mod sekwenzjali fil-laqgħat tiegħu li jmiss bi tħejjija għas-Summit tal-Euro ta' Diċembru.
F'din il-laqgħa, il-Grupp tal-Euro ddiskuta wkoll kwistjonijiet partikolari marbutin mal-garanzija ta' kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRF). Is-Summit tal-Euro ta' Ġunju 2018 qabel li l-MES ser jipprovdi garanzija ta' kontinġenza komuni għall-SRF u li l-Grupp tal-Euro ser iħejji t-termini ta' referenza fir-rigward ta' din il-kwistjoni sa Diċembru 2018.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025