- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 19/11/2018, 19 ta' Novembru 2018
Riżultati ewlenin
Il-Grupp tal-Euro ltaqa' f'format inklużiv ta' 27 stat membru biex jiddiskuti l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
Il-Ministri komplew it-tħejjijiet qabel il-laqgħa tas-summit tal-Euro f'Diċembru.
Unjoni bankarja
Il-ministri ħadu kont tal-progress miksub fit-tnaqqis tar-riskju, abbażi ta' valutazzjoni mill-istituzzjonijiet. Il-Grupp tal-Euro kellu wkoll skambju ta' fehmiet dwar l-għażliet possibbli biex titjieb l-istruttura attwali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' likwidità possibbli ta' banek riżolti.
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta kwistjonijiet relatati mal-garanzija ta' kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni. L-iskambju ta' fehmiet indirizza b'mod partikolari l-possibbiltà ta' introduzzjoni tal-garanzija ta' kontinġenza qabel tmiem il-perjodu ta' transizzjoni, jiġifieri qabel l-2024, dment li jinkiseb biżżejjed tnaqqis ta' riskju.
Riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES)
Abbażi ta' diskussjonijiet preċedenti, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar ir-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, inkluż dwar il-kooperazzjoni bejn il-MES u l-Kummissjoni.
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta kwistjonijiet ta' sostenibbiltà tad-dejn inkluż il-possibbiltà ta' introduzzjoni ta' klawsoli ta' azzjoni kollettiva 'single limb' li tista' ttejjeb l-effiċjenza ta' ristrutturazzjonijiet possibbli tad-dejn fil-każ eċċezzjonali li dawn tqiesu meħtieġa. Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar ir-rwol possibbli li l-MES jista' jaqdi fl-iffaċilitar tad-djalogu bejn l-istati membri u l-kredituri tagħhom, f’konformità mal-prassi tal-FMI.
Strumenti għall-istabbilizzazzjoni u l-konverġenza
Il-Grupp tal-Euro eżamina proposti dwar l-introduzzjoni ta' strumenti għall-istabbilizzazzjoni u l-konverġenza.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025