- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 05/11/2018, 5 ta' Novembru 2018
Riżultati ewlenin
Il-Grupp tal-Euro ltaqa' fil-format regolari, u aktar tard fil-format inklużiv (27 stat membru).
Format regolari
Abbozz ta' pjanijiet baġitarji
Il-Grupp tal-Euro ħares lejn l-istatus tal-valutazzjoni li għaddejja tal-abbozz ta' pjanijiet baġitarji tal-istati membri taż-żona tal-euro għall-2019 u ddiskuta l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' pjan baġitarju tal-Italja, maħruġa fit-23 ta' Ottubru.
L-istati membri taż-żona tal-euro huma obbligati jippreżentaw il-pjanijiet baġitarji nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea sal-15 ta' Ottubru kull sena.
Wara l-laqgħa, ġew ippubblikati t-termini ta' referenza dwar l-abbozz ta' pjan baġitarju tal-Italja.
- Termini ta' referenza dwar l-abbozz ta' pjan baġitarju tal-Italja (stqarrija għall-istampa, 05/11/2018)
- Abbozz ta’ pjanijiet baġitarji taż-żona tal-euro għall-2019
Diskussjoni tematika dwar it-tkabbir u l-impjiegi: l-istabbiltà finanzjarja fl-UEM
Il-Grupp tal-Euro reġa' kellu diskussjonijiet tematiċi dwar it-tkabbir u l-impjiegi, din id-darba d-deliberazzjoni kienet fuq il-kwistjoni tal-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
L-iskambju kien ibbażat fuq analiżi mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll fuq preżentazzjoni mill-professur Franċiż tal-ekonomija u rebbieħ tal-Premju Nobel Jean Tirole.
Unjoni bankarja: aspetti taż-żona tal-euro
Il-Grupp tal-Euro sema' l-preżentazzjoni biannwali dwar l-attivitajiet reċenti tal-Bord Superviżorju tal-BĊE u l-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni mill-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew, Danièle Nouy, u l-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, Elke König.
- Mekkaniżmu superviżorju uniku (informazzjoni ġenerali)
- Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni (informazzjoni ġenerali)
Format inklużiv
Informazzjoni dwar is-Summit taż-Żona tal-Euro ta' Ottubru
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno informa lill-ministri dwar l-eżitu tas-Summit taż-Żona tal-Euro ta' Ottubru, li vvaluta s-sitwazzjoni attwali tal-ħidma li għaddejja dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM).
Approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja
Il-Grupp tal-Euro kompla bid-diskussjoni dwar l-istabbiliment ta' garanzija ta' kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni u dwar kif tittejjeb l-effettività tal-għodod prekawzjonarji tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà. Il-Grupp tal-Euro ħares ukoll lejn il-ħidma dwar il-pjan direzzjonali biex jibdew diskussjonijiet politiċi dwar l-Iskema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti.
Il-Ministri kienu ddiskutew qabel il-garanzija ta' kontinġenza għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni u r-riforma tal-MES fil-laqgħat tagħhom f'Settembru u Ottubru rispettivament.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025