- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 01/10/2018, 1 ta' Ottubru 2018
Riżultati ewlenin
Laqgħa tal-Grupp tal-Euro f'format regolari ta' 19-il pajjiż taż-żona tal-euro
Stabbilizzaturi awtomatiċi nazzjonali
Il-Grupp tal-Euro kellu diskussjoni tematika dwar ir-rwol tal-istabbilizzaturi awtomatiċi nazzjonali. Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar kif il-politiki nazzjonali jistgħu jsaħħu l-istabbilizzaturi awtomatiċi u qasmu l-esperjenzi nazzjonali tagħhom f'dan il-qasam.
Stabbilizzaturi awtomatiċi nazzjonali li jaħdmu sew u li jinkludu sistemi ta' taxxi u benefiċċji, huma l-ewwel linji ta' difiża meta pajjiż ikun għaddej minn xokk ekonomiku. Dawn huma partikolarment importanti għall-pajjiżi li jagħmlu parti minn unjoni monetarja, peress li dawn ma jistgħux jiddependu fuq il-politiki monetarji u l-politiki tar-rata tal-kambju biex jegħlbu x-xokkijiet.
Il-ministri ddiskutew ukoll ir-rabta bejn l-istabbilizzaturi awtomatiċi nazzjonali u l-buffers fiskali u l-ħtieġa ta' kapaċità fiskali komuni possibbli għaż-żona tal-euro.
- Nota għall-Grupp tal-Euro dwar l-istabbilizzaturi awtomatiċi nazzjonali
- Preżentazzjoni dwar l-istabbilizzaturi awtomatiċi nazzjonali (preżentazzjoni bil-power point)
Tħejjija ta' laqgħat internazzjonali inkluż diskussjoni dwar l-iżviluppi fil-qasam tar-rati tal-kambju
Il-ministri kkunsidraw l-iżviluppi reċenti fil-qasam tar-rati tal-kambju. Din hi diskussjoni regolari fi ħdan il-Grupp tal-Euro bi tħejjija għal-laqgħat internazzjonali.
Il-laqgħat li jmiss tal-G20 u tal-FMI ser isiru f'Bali, l-Indoneżja, fil-11 u t-12 ta' Ottubru u bejn it-12 u l-14 ta' Ottubru rispettivament.
Laqgħa tas-27 stat membru
Riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta r-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), skont il-mandat mogħti mil-laqgħa tas-Summit taż-żona tal-euro f'Ġunju ta' din is-sena. Il-Grupp tal-Euro mistenni jaqbel "fuq dokument dwar il-kondizzjonijiet għal aktar żvilupp tal-MES sa Diċembru 2018".
Id-diskussjoni ffokat fuq żewġ aspetti tar-riforma:
- ir-rieżami tas-sett ta' għodod tal-MES, b'mod partikolari l-effettività tal-istrumenti prekawzjonarji u l-kriterji ta' eliġibbiltà tagħhom
- ir-rwol tal-MES fil-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kriżijiet
Il-ministri qablu li jitolbu li ssir iktar ħidma teknika, b'mod partikolari dwar l-effettività tal-linja ta' kreditu prekawzjonarju sottopost għal ċerti kondizzjonijiet u l-kriterji relatati tal-eliġibbiltà ex-ante.
Huma qablu wkoll li jkomplu bid-diskussjoni dwar l-iżvilupp tar-rwol tal-MES fil-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kriżijiet, b'enfasi fuq il-ħtieġa li tiġi evitata l-possibbiltà ta' duplikazzjoni mal-proċessi eżistenti tal-UE u l-kompetenzi tal-Kummissjoni Ewropea f'dan il-qasam.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025