Is-Semestru Ewropew fl-2019
-
1 ta' Jannar Din il-paġna fiha kronoloġija ta' avvenimenti u dokumenti relatati mas-Semestru Ewropew fl-2019, f'ordni kronoloġiku maqlub.
-
2019
-
9 ta' Lulju Il-Kunsill jadotta formalment ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għall-2019
Il-Kunsill ħareġ ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tiegħu tal-2019 lill-istati membri dwar il-politika ekonomika, tal-impjiegi u fiskali tagħhom, biex b'hekk ikkonkluda l-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew għal din is-sena. Ir-rakkomandazzjonijiet ġew diskussi qabel mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju u approvati mill-Kunsill EPSCO f'Lulju.
Minkejja inċertezzi globali u kondizzjonijiet inqas favorevoli, l-ekonomiji tal-istati membri kollha huma mistennija jikbru fl-2020 u r-rata tal-qgħad tinsab f'livell baxx rekord. F'dan il-kuntest, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi jiffokaw fuq l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali effettivi, li jagħtu spinta lill-istrateġiji tal-investiment u jinkoraġġixxu politiki fiskali responsabbli.
-
20 ta' Ġunju Il-Kunsill Ewropew jiddiskuti r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi
Il-Kunsill Ewropew kellu diskussjoni fuq il-bażi ta’ rapport orizzontali dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.
-
5 ta' Ġunju Il-Kummissjoni Ewropea toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għall-2019
Fil-5 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet il-proposti tagħha għal rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill għal kull Stat Membru tal-UE.
Wara li r-rakkomandazzjonijiet proposti jkunu ġew diskussi u adottati mill-Kunsill, l-istati membri ser ikunu mistennija jirriflettuhom fil-politika nazzjonali tagħhom fit-12-il xahar li jmiss.
-
17 ta' Mejju Conclusions on outcomes of in-depth reviews and implementation of the 2018 country-specific recommendations
The Economic and Financial Affairs Council adopted conclusions on the outcomes of the in-depth reviews and the implementation of the 2018 country-specific recommendations.
-
12 ta' Marzu Preżentazzjoni ta' rapporti dwar il-pajjiżi u eżamijiet approfonditi
Fil-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ta' Marzu, il-Kummissjoni ppreżentat ħarsa ġenerali lejn ir-rapporti dwar il-pajjiżi, u l-eżamijiet approfonditi fil-qafas tal-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku. Il-ministri ddiskutew l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi relatati mal-investiment.
-
22 ta' Jannar Il-Kunsill joħroġ konklużjonijiet dwar gwida makroekonomika u fiskali kif ukoll dwar ir-rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija
Il-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji adotta konklużjonijiet dwar il-pakkett tas-Semestru Ewropew u approva abbozz ta' rakkomandazzjoni dwar il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro.
-
2018
-
21 ta' Novembru Il-Kunsill jirċievi d-dokumenti għas-Semestru Ewropew 2019
Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat id-dokumenti mill-"Pakkett tal-ħarifa" rigward is-Semestru Ewropew fl-2019. Il-pakkett huwa bbażat fuq it-Tbassir Ekonomiku tal-Kummissjoni għall-ħarifa tal-2018 u jibni fuq il-prijoritajiet fid-diskors tal-President tal-Kummissjoni dwar l-Istat tal-Unjoni.
Stħarriġ annwali dwar it-tkabbir għall-2019
L-istħarriġ jiddeskrivi l-prijoritajiet ekonomiċi u soċjali li l-UE kollha kemm hi u l-istati membri tagħha jeħtieġ jiffukaw fuqhom fl-2019.
Fih jingħad li filwaqt li l-ekonomija Ewropea issa dieħla fis-sitt sena tagħha ta' tkabbir mingħajr interruzzjoni, it-tkabbir, madankollu, mhux qed igawdu minnu ċ-ċittadini u l-pajjiżi kollha bl-istess mod u jibqa' vulnerabbli għall-instabbiltà globali u għall-isfidi fuq terminu medju sa dawk fit-tul. Fl-istess ħin, ir-riskji u l-isfidi esterni qed jiżdiedu, u jeħtieġu rispons Ewropew aktar b'saħħtu u magħqud.
Abbozz ta' rapport konġunt dwar l-impjiegi
L-abbozz ta' Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi juża t-"Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali", li tivvaluta l-prestazzjoni tal-istati membri abbażi ta' 14-il indikatur ewlieni. Iqis ukoll ir-riformi fil-politika nazzjonali rigward l-ambizzjonijiet stabbiliti mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
F'kuntest ta' titjib fis-swieq tax-xogħol u tnaqqis fil-faqar, 13 minn 14-il indikatur ewlieni tat-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali, bħala medja, irreġistraw titjib matul l-aħħar sena. Madankollu, l-irkupru ekonomiku għadu mhuwiex ta' benefiċċju għaċ-ċittadini u l-pajjiżi kollha bl-istess mod.
It-titjib attwali fl-ekonomija jipprovdi opportunità għal intensifikazzjoni tar-riformi bil-għan li jittejbu l-inklużività, ir-reżiljenza u l-ġustizzja tas-swieq tax-xogħol u s-sistemi ta' protezzjoni soċjali, u b'hekk titrawwem konverġenza lejn
kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar fl-UE.Il-qgħad reġa' lura għal-livell ta' qabel il-kriżi, iżda għadu għoli f'għadd ta' stati membri. Ir-rata tal-qgħad laħqet 6.9 % fit-tieni kwart tal-2018 u issa tinsab fl-aktar livell baxx f'għaxar snin. Fiż-żona tal-euro, ir-rata tal-qgħad ta' 8.3 % fit-tieni kwart tal-2018 tibqa' punt perċentwali ogħla mill-aktar livell baxx irreġistrat fl-2008.
Rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija 2019
Ir-rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija jibda l-proċedura annwali tal-iżbilanċi makroekonomiċi. L-għan tiegħu huwa li jidentifika u, jekk meħtieġ, jindirizza l-iżbilanċi li jistgħu jxekklu l-funzjonament tajjeb tal-ekonomija tal-UE.
Fl-2019, il-Kummissjoni Ewropea beħsiebha twettaq eżamijiet approfonditi fi 13-il stat membru: il-Bulgarija, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Kroazja, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, Spanja u l-Iżvezja.
Abbozz ta' rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro għall-2019
Ir-rakkomandazzjonijiet taż-żona tal-euro jipprovdu pariri mfassla apposta għall-istati membri taż-żona tal-euro dwar kwistjonijiet rilevanti għall-funzjonament taż-żona tal-euro kollha kemm hi, bħal politiki relatati mal-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi, il-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro u l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
L-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet taż-żona tal-euro għall-2019 jikkonsisti f'ħames partijiet:
- L-approfondiment tas-Suq Uniku, it-titjib tal-ambjent tan-negozju, u t-tkomplija tal-ħidma għal prodott li jsaħħaħ ir-reżiljenza u riformi fis-suq tas-servizzi.
- Il-bini mill-ġdid tal-buffers fiskali fil-pajjiżi taż-żona tal-euro b'livelli għolja ta' dejn pubbliku, l-appoġġ għall-investiment pubbliku u privat u t-titjib tal-kwalità u l-kompożizzjoni tal-finanzi pubbliċi fil-pajjiżi kollha.
- L-ispostament tat-taxxi minn fuq ix-xogħol u t-tisħiħ tas-sistemi tal-edukazzjoni u l-investiment fil-ħiliet kif ukoll l-effettività u l-adegwatezza ta' politiki attivi tas-suq tax-xogħol u s-sistemi ta' protezzjoni soċjali fiż-żona tal-euro.
- Il-garanzija ta' kontinġenza għall-fond uniku ta' riżoluzzjoni ssir operazzjonali, l-istabbiliment ta' Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti u t-tisħiħ tal-qafas regolatorju u superviżorju Ewropew. Il-promozzjoni ta' tnaqqis ordnat ta' stokkijiet kbar ta' dejn privat. It-tnaqqis rapidu tal-livell ta' self improduttiv fiż-żona tal-euro u l-prevenzjoni tal-akkumulazzjoni tiegħu, inkluż billi titneħħa l-predispożizzjoni favur id-dejn fit-tassazzjoni.
- Ikun hemm progress rapidu fl-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja