Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 13/09/2019, 13 ta' Settembru 2019

Riżultati ewlenin

Format regolari

Diskussjoni tematika dwar it-tkabbir u l-impjiegi: Kwalità tal-finanzi pubbliċi

Bħala parti mid-diskussjoni dwar it-tkabbir u l-impjiegi, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-kwalità tal-finanzi pubbliċi fiż-żona tal-euro, filwaqt li ffokaw b'mod aktar speċifiku fuq l-investiment pubbliku. Id-diskussjoni kellha l-għan li trawwem il-kondiviżjoni ta' prattiki tajba dwar it-twettiq ta' analiżi tal-infiq u l-ġestjoni tal-assi pubbliċi biex tingħata spinta lill-effiċjenza tal-investiment pubbliku.

Id-diskussjoni ġiet appoġġata minn nota teknika mill-Kummissjoni u preżentazzjoni mill-kelliem mistieden Dag Detter, espert fil-ġestjoni tal-assi pubbliċi.

Rieżami tal-inizjattiva tal-Grupp tal-Euro favur it-trasparenza

Il-ministri ħarsu lejn l-inizjattiva attwali tal-Grupp tal-Euro favur it-trasparenza u kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-għażliet biex ikomplu jsaħħuha.

Sorveljanza ta' Wara l-Programm Irlandiż – il-11-il rieżami

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) informaw lill-ministri dwar is-sejbiet ewlenin tal-11-il missjoni ta' sorveljanzata' wara l-programm fl-Irlanda li twettqet bejn il-21 u l-24 ta' Mejju. Il-MES informa wkoll lill-Grupp tal-Euro dwar is-sistema ta' twissija bikrija tiegħu. Il-FMI wettaq il-missjoni tiegħu skont l-Artikolu IV b'mod parallel.

Is-sorveljanza ta' wara l-programm (PPS) tibda awtomatikament wara t-tmiem tal-programmi ta' assistenza finanzjarja u tkompli sakemm mill-inqas 75 % tal-assistenza finanzjarja tkun tħallset lura. Il-PPS hija biannwali f'termini ta' rappurtar u missjonijiet.

Suġġetti oħra

Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno informa lill-ministri dwar l-eżitu tal-laqgħa tal-ministri għall-finanzi tal-G7. Huwa nieda wkoll is-sejħa għal kandidati għall-pożizzjoni vakanti li jmiss fil-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. Barra minn hekk, il-ministri għall-finanzi l-ġodda tal-Greċja u l-Italja ppreżentaw il-prijoritajiet ta' politika tal-gvernijiet il-ġodda rispettivi tagħhom.

Format inklużiv

Strument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività

Wara l-mandat li rċieva mingħand il-mexxejja tal-UE fis-Summit tal-Euro f'Ġunju, il-Grupp tal-Euro f'format inklużiv kompla jiddiskuti l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM). Il-ministri ffokaw fuq il-kwistjonijiet pendenti kollha tal-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività (BICC) għaż-żona tal-euro u l-istati membri tal-Mekkaniżmu tar-Rati tal-Kambju (ERM) II fuq bażi volontarja. Il-Ministri qed jimmiraw li jirrapportaw malajr lill-mexxejja tal-UE fid-dawl tad-dibattitu usa' fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss.

F'Ġunju, il-Grupp tal-Euro qabel dwar dokument li jiddeskrivi l-karatteristiċi tal-BICC. Il-ministri laħqu wkoll qbil ġenerali dwar ir-reviżjoni tat-test tat-trattat dwar il-MES biex jimplimenta l-ftehim politiku li ntlaħaq fis-Summit tal-Euro f'Diċembru 2018. Dan il-ftehim ikopri kwistjonijiet bħall-garanzija ta' kontinġenza komuni għar-riżoluzzjoni bankarja, l-istrumenti ta' prekawzjoni kif ukoll l-aspetti istituzzjonali u l-kwistjoni tal-kooperazzjoni bejn il-MES u l-Kummissjoni Ewropea fil-programmi u lil hinn minnhom.

Il-Grupp tal-Euro kompla jaħdem fuq l-istrument baġitarju taż-żona tal-euro

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025