Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 13 ta' Frar 2023

Riżultati prinċipali

Żviluppi reċenti fis-swieq tal-enerġija

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-iżviluppi reċenti fis-swieq tal-enerġija, wara li sema' preżentazzjoni mid-direttur tal-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) dwar l-iżviluppi reċenti fis-suq tal-enerġija. Dan l-iskambju ser jipprovdi kontribut għall-valutazzjoni tal-isfidi tal-politika fiskali għall-ġejjieni.

Meta mqabbla mas-sajf li għadda, il-prezzijiet tal-enerġija naqsu b'mod sinifikanti u l-aktar previżjonijiet pessimisti ma mmaterjalizzawx. L-iżviluppi fir-rigward tad-domanda u l-ħżin kienu ta' serħan il-moħħ, iżda jeħtieġ li nkomplu bl-isforzi tagħna biex niddiversifikaw is-sorsi tal-enerġija tagħna u nnaqqsu l-konsum tal-enerġija. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Diskussjoni tematika – Is-swieq tax-xogħol taż-żona tal-euro: żviluppi reċenti u sfidi għall-ġejjieni

Abbażi ta' nota mis-servizzi tal-Kummissjoni, il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar l-iżviluppi fis-swieq tax-xogħol taż-żona tal-euro f'dawn l-aħħar snin. Il-ministri ddiskutew ukoll l-isfidi ta' politika fil-kuntest attwali ta' inflazzjoni għolja u bidliet fit-tul marbuta mad-demografija u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Nafu r-reżiljenza b'saħħitha ħafna li s-swieq tax-xogħol taż-żona tal-euro wrew f'dawn l-aħħar snin, minkejja l-bosta kriżijiet li esperjenzajna. Il-qgħad laħaq livell baxx rekord f'Novembru. Filwaqt li din is-sena x'aktarx ser tkun aktar diffiċli, nistgħu nħossuna pożittivi dwar dan il-pedament. Iż-żona tal-euro nbidlet f'mutur qawwi tal-impjiegi fi ftit snin biss.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Żviluppi makroekonomiċi u finanzjarji, u koordinazzjoni tal-politika fiż-żona tal-euro

Fl-isfond taż-żewġ diskussjonijiet preċedenti, il-Grupp tal-Euro evalwa l-iżviluppi u l-prospetti makroekonomiċi u finanzjarji, b'kont meħud tat-tbassir tax-xitwa tal-Kummissjoni. Fid-dawl tad-diskussjoni fil-fond dwar l-orjentazzjonijiet ta' politika fiskali li ser issir f'Marzu, il-ministri rriflettew dwar l-implikazzjonijiet għall-koordinazzjoni tal-politika fiż-żona tal-euro fil-ġejjieni.

Filwaqt li l-perspettiva ekonomika għadha kemxejn diffiċli, l-ekonomija taż-żona tal-euro tinsab għaddejja minn din ix-xitwa b'mod ħafna aħjar minn dak li xi wħud kienu beżgħu oriġinarjament. Jenħtieġ li naraw li jkollna fis-seħħ livell ta' appoġġ baġitarju li jirrifletti l-bidliet li nistennew li jseħħu fir-rigward tal-prezz tal-enerġija u l-livell ġenerali tal-inflazzjoni. Dan huwa importanti sabiex titnaqqas l-ispiża baġitarja ġenerali u tinkiseb pożizzjoni fiskali xierqa filwaqt li jiġu protetti dawk l-aktar vulnerabbli u jinżammu l-inċentivi għat-tranżizzjoni ekoloġika. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Filmat tal-punti ewlenin mil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro li saret fi Brussell fit-13 ta' Frar 2023

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025