"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 08/05/2014, 8 ta' Mejju 2014

Id-diskussjonijiet dwar il-kummerċ iffukaw fuq il-Kanada, il-Ġappun u l-prodotti ambjentali

Il-Kunsill Affarijiet Barranin tat-8 ta’ Mejju 2014 iffoka fuq il-progress li sar fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE mal-Kanada u l-Ġappun, u l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fi prodotti u servizzi ambjentali.

Il-Kunsill iddiskuta prinċipalment ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-aħħar żviluppi u kwistjonijiet tekniċi pendenti fin-negozjati dwar ftehim ekonomiku u kummerċjali komprensiv (CETA) mal-Kanada.

Il-Kunsill ħa nota tal-elementi ewlenin ta’ rapport orali tal-Kummissjoni dwar il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles mal-Ġappun. Meta ta mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja dan il-ftehim, f’Mejju 2013, il-Kunsill inkluda klawsola ta’ reviżjoni dwar it-tneħħija effettiva ta’ ostakli non-tariffarji mill-Ġappun. Il-ministri appellaw lill-Kumitat dwar il-Politika tal-Kummerċ (TPC) sabiex jeżamina r-rapport meta jkun disponibbli u jivvaluta jekk il-progress imwettaq milll-Ġappun huwiex biżżejjed biex jitkomplew in-negozjati.

Flimkien mad-diskussjonijiet dwar il-ftehim ta' kummerċ ħieles, il-ministri laqgħu l-progress li sar fin-negozjati dwar ftehim qafas biex tiġi approfondita aktar il-kooperazzjoni politika, globali u settorjali bejn l-UE u l-Ġappun.

Il-ministri tal-UE ddiskutewl-aġenda tal-UE wara Bali u l-opportunità li tingħata spinta lill-kummerċ ekoloġiku fid-dinja kollha. Huma kkonfermaw l-appoġġ tagħhom għal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fi prodotti u servizzi ambjentali. Adottaw konklużjonijiet dwar l-espedjenza ta’ inizjattiva multilaterali ta' “prodotti ekoloġiċi”, billi jiġu eliminati t-tariffi fuq firxa wiesgħa ta’ prodotti li jikkontribwixxu b’mod pożittiv għal tkabbir ekoloġiku, il-protezzjoni ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli.

Waqt l-ikel, Karel De Gucht, il-Kummissarju tal-Kummerċ tal-UE, informa lill-ministri dwar il-progress li sar fin-negozjati mal-Istati Uniti dwar Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP). Il-ħames ċiklu ta’ taħditiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti ser jibda fid-19 ta’ Mejju.

Dwar il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) mal-Kanada

Il-ftehim ser ineħħi 99% tal-ostakli tariffarji u joħloq opportunitajiet ġodda tas-suq għal kummerċ fi prodotti u servizzi, u investimenti. Ladarba jkun implimentat, il-ftehim huwa mistenni li jżid il-kummerċ bilaterali tal-prodotti u s-servizzi bi 22.9 % jew€25.7 biljun, li jrawwem it-tkabbir u l-impjiegi fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku. Hi mistennija żieda annwali ta’ €11.6 biljun fil-PDG tal-UE.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Din il-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin ikkunsidrat ukoll:

  • il-progress li sar fil-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika mal-Afrika tal-Punent, il-Komunità tal-Afrika tal-Lvant u l-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika
  • l-implimentazzjoni ta’ preferenzi tal-kummerċ għall-Kroazja

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025