- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin, 14-15/04/2014, 14 u 15 ta' April 2014
Il-Kunsill Affarijiet Barranin iffoka fuq is-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Ukraina
Fil-laqgħa fil-Lussemburgu fl-14 u l-15 ta' April, il-mewġa reċenti ta' vjolenza fin-naħa tal-Lvant tal-Ukraina ngħatat prijorità fuq l-aġenda tal-Ministri għall-affarijiet barranin u għad-difiża tal-UE.
Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE kkundannaw bil-qawwa l-azzjonijiet li ttieħdu minn individwi armati fi bliet fil-Lvant tal-Ukraina. Huma talbu għal waqfien immedjat ta' dawn l-attentati biex jiddestabilizzaw aktar is-sovranità tal-Ukraina. Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill appella lir-Russja biex tiċħad l-atti illegali fil-Lvant tal-Ukraina u tirtira t-truppi tagħha mill-fruntiera tal-Ukraina.
Fid-dawl ta' dawn l-avvenimenti, il-Kunsill iddeċieda li jsaħħaħ is-sanzjonijiet kontra persuni responsabbli mill-misapproprjazzjoni ta' fondi statali tal-Ukraina u mmira erba' persuni addizzjonali bl-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet tal-viża.
Il-ministri tal-UE ħeġġu lill-gvern fi Kiev biex inaqqas it-tensjonijiet u jkompli bl-isforzi tiegħu biex jorganizza elezzjonijiet presidenzjali ħielsa u ġusti fil-25 ta' Mejju. Il-Kunsill approva żewġ miżuri ewlenin fost pakkett ta' proposti mmirati biex jipprovdu appoġġ ekonomiku u finanzjarju lill-Ukraina. Huwa adotta deċiżjoni li tipprovdi sa €1 biljun f'għajnuna makrofinanzjarja lill-Ukraina biex jiġu appoġġati l-istabbilizzazzjoni ekonomika u l-aġenda ta' riforma strutturali tagħha. Huwa adotta wkoll regolament li jagħti preferenzi kummerċjali unilaterali lill-Ukraina, li jipprevedi t-tnaqqis temporanju jew it-tneħħija tad-dazji doganali skont skeda ta' konċessjonijiet stabbiliti f'anness għall-ftehim ta' assoċjazzjoni UE-Ukraina
Din id-deċiżjoni mhux biss tesprimi s-solidarjetà tal-UE mal-poplu tal-Ukraina, iżda wkoll turi li l-UE hija lesta u kapaċi tieħu passi immedjati biex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-ġirien tal-Lvant tagħha.
Fil-15 ta' April 2014, il-ministri għad-difiża tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-kriżi fl-Ukraina mas-Segretarjat Ġenerali tan-NATO Anders Fogh Rasmussen. Huma insistew fuq il-ħtieġa għal aktar kooperazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet, biex tissaħħaħ l-unità b'saħħitha tal-komunità transatlantika fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-Ukraina.
Tnaqqis temporanju fit-tariffi għall-esportazzjonijiet tal-Ukraina lejn l-UE
Il-Kunsill qabel li l-preferenzi kummerċjali ġodda għall-Ukraina jidħlu fis-seħħ sa tmiem April. Huma jkopru 94,7% fuq tariffi attwali tal-UE tal-importazzjonijiet ta' prodotti industrijali mill-Ukraina u t-tariffi kollha tal-UE fuq esportazzjonijiet ta' prodotti agrikoli tal-Ukraina lejn l-UE. Huwa mistenni li l-esportaturi tal-Ukraina jiffrankaw nofs biljun euro fis-sena f'tariffi doganali tal-UE. Din il-miżura kummerċjali ser tkun komponent importanti tal-pakkett tal-UE biex tgħin lill-Ukraina matul dan il-perijodu diffiċli.
Suġġetti oħra fuq l-aġenda
Il-ministri tal-affarijiet barranin iddiskutew l-aħħar żviluppi fil-konflitt tas-Sirja. Huma insistew fuq il-ħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tas-Sigurtà tan-NU (2139) dwar l-aċċess umanitarju, u għal progress fil-qerda tal-armi kimiċi tas-Sirja. Huma qablu wkoll li jappoġġaw pajjiżi ġirien tas-Sirja fil-ġestjoni tal-kura ta' refuġjati.
Wara ż-żjara tar-Rappreżentant Għoli tal-UE lill-Bosnja-Ħerzegovina (BiH) f'Marzu, il-Kunsill iddiskuta l-isfidi soċjali, politiċi u ekonomiċi fil-BiH. Huwa fakkar fit-tħassib serju tiegħu li l-proċess ta' integrazzjoni tal-UE waqaf minħabba n-nuqqas ta' rieda politika min-naħa tal-politiċi tal-BiH. Filwaqt li pajjiżi oħra tar-reġjun qed jagħmlu progress, il-Bosnja-Ħerzegovina għadha lura.
Il-Ministri ddiskutew u adottaw konklużjonijiet dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u t-tnedija tal-operazzjoni militari tal-UE (EUFOR RCA). Il-Laqgħa tal-Ministri għad-Difiża saret it-Tlieta, 15 ta' April. Il-Kunsill fil-konfigurazzjoni tad-Difiża tiegħu ddeċieda li jestendi l-missjoni ta' taħriġ militari tal-UE fil-Mali (EUTM Mali) b'sentejn u li jniedi missjoni ċivili, EUCAP Sahel Mali, biex jingħataw pariri u taħriġ lill-pulizija, il-ġendarmerija u l-gwardja nazzjonali ta' Mali.
Fl-aħħar nett, il-Kunsill adotta għadd ta' punti mingħajr diskussjoni ("punti A"):
- Qafas Finanzjarju Pluriennali rigward l-Affarijiet Interni
- Regoli msaħħa dwar l-abbuż tas-suq
- Bank Ewropew tal-Investiment - self estern
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħaTagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025