Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 19 ta' Mejju 2014

Il-Kunsill iddiskuta l-qafas tal-UE għall-iżvilupp wara l-2015

Meta ltaqgħu fid-19 ta' Mejju, il-ministri tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet dwar it-tħejjija ta' qafas ġdid għall-koordinazzjoni tal-isforzi tal-għajnuna internazzjonali, iddiskutew l-implimentazzjoni tal-Aġenda għall-Bidla u laqgħu l-adozzjoni ta' approċċ lejn żvilupp ibbażat fuq id-drittijiet.

Qafas għal wara l-2015

Il-Kunsill Affarijiet Barranin li jittratta l-Iżvilupp iddiskuta qafas ġdid għall-isforzi tal-komunità internazzjonali għall-perijodu ta' wara l-2015. Il-ministri tal-UE ħadu rendikont tal-ħidma li għaddejja fil-livell tan-NU u ddiskutew ir-rwol tal-UE fil-proċess ta' stabbiliment ta' miri dinjija li jinkludu l-qerda tal-faqar u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli. Il-qafas għandu jiġi diskuss fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju.

Aġenda għall-Bidla

Il-Kunsill ġie infurmat mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-politika tal-iżvilupp tal-UE, adottata fl-2012 mill-Kunsill. Hija għandha l-għan li żżid l-impatt tal-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp, tiffoka aktar fuq l-objettivi soċjali, il-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima u tkun ikkonċentrata fuq il-pajjiżi l-anqas żviluppati.

"Sett ta' għodod" li jinkorpora l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem

Il-ministri tal-UE laqgħu l-adozzjoni ta' strument li għandu jiżgura li meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar proġett ta' kooperazzjoni jiġu kkunsidrati d-drittijiet tal-bniedem.

  • Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar approċċ għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp ibbażat fuq id-drittijiet, li jħaddan id-drittijiet tal-bniedem kollha

Il-Kunsill kellu wkoll skambju ta' fehmiet dwar ir-rwol tas-settur privat fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Waqt l-ikel, il-ministri ffukaw id-diskussjonijiet tagħhom fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp ma' żewġ pajjiżi li jinsabu fi kriżi: ir-Repubblika Ċentru Afrikana (RĊA) u s-Sudan t'Isfel.

Il-Kunsill ikkonferma li ser tissokta għalkollox il-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-Madagaskar u ser jerġgħu lura għan-normal ir-relazzjonijiet mal-gvern li għadu kif ġie elett.

Il-Kunsill approva wkoll ir-rapport annwali tal-2014 għall-Kunsill Ewropew dwar il-miri tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE: fl-2013 l-UE baqgħet l-akbar donatur dinji tal-għajnuna għall-iżvilupp.

Huwa adotta diversi punti mingħajr diskussjoni inklużi:

  • Qafas tar-Riżultati tal-UE fl-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni
  • Rapport tal-2013 dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa fl-Iżvilupp 2010-2015
  • Pożizzjoni komuni tal-UE għat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar Stati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025