"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 22/07/2014, 22 ta' Lulju 2014

Il-Kunsill jieħu azzjoni fuq it-twaqqigħ tat-titjira MH17

Imlaqqgħin fil-Kunsill Affarijiet Barranin fi Brussell, il-ministri tal-UE ddiskutew is-sitwazzjoni fl-Ukraina wara t-twaqqigħ tat-titjira MH17 kif ukoll aktar sanzjonijiet kontra r-Russja. Ġew diskussi wkoll Gaża u l-Iraq.

L-UE u l-Istati Membri tagħha maħsudin u mnikkta ħafna bit-twaqqigħ tat-Titjira MH17 tal-Malasian Airlines f'Donetsk, l-Ukraina u t-telf traġiku ta' daqstant ħajjiet innoċenti.

Il-ministri tal-UE esprimew l-aktar kondoljanzi profondi tagħhom lill-popli u l-gvernijiet tan-nazzjonijiet kollha milquta u b'mod partikolari lill-familji tal-vittmi.

Huma jikkundannaw bil-qawwa it-tkomplija ta' attivitajiet illegali minn militanti armati fl-Ukraina tal-Lvant u jistgħu jikkunsidraw in-nomina possibbli ta' dawn il-gruppi bħala organizzazzjonijiet terroristiċi.

Huma ħeġġew lill-Federazzjoni Russa tuża b'mod attiv l-influwenza tagħha fuq dawn il-gruppi biex tiggarantixxi aċċess għas-sit tat-tiġrif u tikkoopera mas-superviżuri tal-OSKE u l-esperti internazzjonali.

Investigazzjoni internazzjonali trasparenti u indipendenti dwar it-twaqqigħ tal-ajruplan MH17

Il-Kunsill appella lis-separatisti biex jiżguraw aċċess sħiħ, immedjat, bla periklu u sigur għas-sit tat-tiġrif. Huwa jappoġġa l-appell tal-KSNU u tal-Kunsill Permanenti tal-OSKE għal investigazzjoni internazzjonali trasparenti u indipendenti.

Dawk direttament u indirettament responsabbli mit-twaqqigħ għandhom jinżammu responsabbli u jitressqu quddiem il-ġustizzja.

Sanzjonijiet

Il-Kunsill talab biex titħaffef it-tħejjija tal-miżuri maqbula fil-laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew fis-16 ta' Lulju. Għandha tiġi stabbilita minnufih lista ta' entitajiet u persuni li jaqgħu taħt il-kriterji msaħħa adottati mill-Kunsill fit-18 ta' Lulju.

Rigward aktar miżuri sinifikanti mmirati, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jiffinalizzaw il-ħidma preparatorja tagħhom u biex fl-24 ta' Lulju jippreżentaw proposti biex tittieħed azzjoni, inkluż dwar l-aċċess għas-swieq tal-kapital, id-difiża, il-prodotti b'użu doppju, u teknoloġiji sensittivi, inkluż fis-settur tal-enerġija.

Pjan ta' paċi u waqfien mill-ġlied

Il-Kunsill enfasizza l-appoġġ tiegħu għal riżoluzzjoni paċifika tal-kriżi fl-Ukraina. Il-ministri tal-UE appellaw għal appoġġ għall-OSKE u għall-Grupp ta' Kuntatt Trilaterali fl-isforzi tagħhom biex jinħolqu kondizzjonijiet għal waqfien mill-ġlied sostenibbli.

Huma ħeġġew ukoll lir-Russja biex twaqqaf il-fluss ta' armi, tagħmir u militanti fuq il-fruntiera u biex tirtira t-truppi addizzjonali tagħha miż-żona tal-fruntiera.

L-aktar deċiżjonijiet reċenti dwar l-Ukraina

18 ta' Lulju - il-kriżi fl-Ukraina: L-UE twessa' l-ambitu tas-sanzjonijiet

Fit-18 ta' Lulju, il-Kunsill wessa' l-bażi legali għall-miżuri restrittivi tal-UE u għamel possibbli li jiġu mmirati entitajiet li materjalment jew finanzjarjament jappoġġaw l-azzjonijiet kontra l-Ukraina.

16 ta' Lulju - laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew

Il-mexxejja ddispjaċihom li r-Russja u s-separatisti ma kinux ħadu l-passi mitluba fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-27 ta' Ġunju. Huma qablu dwar sett ġdid ta' 6 miżuri restrittivi kontra r-Russja.

26 ta' Ġunju - konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew

Il-mexxejja tal-UE ddefinixxew 4 passi speċifiċi li għandhom jittieħdu mir-Russja u s-separatisti biex titnaqqas it-tensjoni.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani

Il-Kunsill huwa estremament imħasseb biż-żieda kontinwa fil-vjolenza f'Gaża u jappella għal waqfien immedjat mill-ġlied. Huwa laqa' l-isforzi li għaddejjin minn sħab reġjonali biex jiġi stabbilit waqfien mill-ġlied u appella lill-Ħamas biex jaqbel dwar tali waqfien mill-ġlied.

Waqt l-ikel, il-ministri ddiskutew l-aktar żviluppi reċenti fl-Iraq. Huma tennew it-tħassib serju tagħhom dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tiddeterjora rapidament fl-Iraq, waqt li kkundannaw bil-qawwa l-attakki li saru mill-Istat Iżlamiku tal-Iraq u l-Levant (ISIL).

Laqgħa ministerjali tas-Sħubija tal-Lvant

Fit-22 ta' Lulju, fil-marġini tal-Kunsill Affarijiet Barranin, il-ministri tal-UE attendew ukoll il-5 laqgħa annwali tas-Sħubija tal-Lvant (SL). Id-diskussjoni ffukat fuq l-implimentazzjoni ta' Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni u ta' Kummerċ Ħieles, kif ukoll il-bżonn ta' divrenzjar akbar fir-relazzjonijiet bilaterali. Il-ministri ddiskutew ukoll it-tħejjija tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li għandu jsir f'Riga f'Mejju 2015.

Il-Kunsill adotta wkoll għadd ta' punti mingħajr diskussjoni:

  • konklużjonijiet dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (FR)
  • konklużjonijiet dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar
  • estensjoni tal-EUCAP Nestor
  • estensjoni tal-EUCAP Sahel Niger
  • sanzjonijiet tal-UE aktar ibsin kontra r-reġim Sirjan
  • stabbiliment ta' missjoni biex tagħti parir dwar ir-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili fl-Ukraina

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Jannar 2025