"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 23/06/2014, 23 ta' Ġunju 2014

Il-Kunsill jappoġġa l-isforzi ta’ Kiev għal pjan ta’ paċi

Waqt laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin fil-Lussemburgu, il-ministri tal-UE ddiskutew il-proposta tal-President tal-Ukraina Poroshenko għal pjan ta’ paċi u l-vjolenza fil-Libja, is-Sirja u l-Iraq.

Il-Kunsill laqa’ l-pjan ta' paċi tal-President Poroshenko u l-passi li ħa biex jiżgura l-paċi u l-istabbiltà fl-Ukraina minn meta ħa l-kariga.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin li għadu kif inħatar, Pavlo Klimkin, attenda l-laqgħa tal-Kunsill biex jispjega fid-dettall lill-kontropartijiet tiegħu tal-UE s-sitwazzjoni fuq il-post fil-Lvant tal-Ukraina u t-termini tal-pjan ta’ paċi.

Il-ministri laqgħu s-sinjali pożittivi ta’ djalogu bejn l-awtoritajiet Ukraini u Russi f’livelli ogħla minkejja s-sitwazzjoni li qed tmur għall-agħar fuq il-post. Il-Kunsill jistenna li l-Federazzjoni Russa tappoġġa l-pjan ta' paċi b’miżuri speċifiċi li jnaqqsu t-tensjoni. Il-kliem issa għandhom jinbidlu f’azzjonijiet.

Ir-Russja għandha tieħu passi biex twaqqaf il-fluss ta’ armi fuq il-fruntiera lejn il-Lvant tal-Ukraina, u biex tuża l-influwenza tagħha fuq is-separatisti biex iwaqqfu l-vjolenza u jċedu l-armi tagħhom.

Sanzjonijiet

Il-Kunsill ivvaluta l-ħidma ta’ tħejjija li saret mill-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Istati Membri dwar il-possibbiltà ta’ miżuri mmirati, li jippermettu li jittieħdu passi ulterjuri jekk ikun meħtieġ u jekk is-sitwazzjoni fuq il-post tiddeterjora.

Missjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) għall-Ukraina

Il-Kunsill approva l-qafas kunċettwali għal missjoni taħt il-PSDK tal-UE biex tgħin lill-Ukraina fir-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili tagħha, inkluż il-pulizija u l-istat tad-dritt. Il-missjoni, li għandha titnieda fis-sajf, ser issegwi l-istess linji tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX).

Importazzjoni ta’ merkanzija mill-Krimea

Il-Kunsill adotta miżuri biex jimplimenta l-politika tal-UE għan-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea. Oġġetti li joriġinaw mill-Krimea jew Sevastopol ma jistgħux ikunu importati fl-UE sakemm ma jkunux ingħataw ċertifikat tal-oriġini mill-awtoritajiet Ukraini.

Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Ukraina

Il-Kunsill qabel li jiffirma l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (AA) mal-Ukraina, li jinkludi Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), matul il-Kunsill Ewropew fis-27 ta’ Ġunju. Huwa fakkar ukoll fl-intenzjoni tal-Kummissjoni li timpenja ruħha f'konsultazzjonijiet fuq livell politiku mal-Federazzjoni Russa dwar l-aspetti ta' implimentazzjoni tal-ftehim, sabiex tneħħi t-tħassib Russu dwar l-effetti possibbli tiegħu.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Matul l-ikla ta’ nofsinhar, il-ministri ddiskutew l-aħħar żviluppi fl-Iraq u l-aspetti relatati tal-kriżi Sirjana, fil-preżenza ta’ Nikolay Mladenov, ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Iraq u l-Kap tal-Missjoni ta’ Assistenza tan-NU fl-Iraq. Huma kkundannaw bil-qawwa l-attakki fuq iċ-ċittadini Iraqini mill-Istat Iżlamiku tal-Iraq u tal-Levant (ISIL) u gruppi armati oħrajn. Il-Kunsill esprima wkoll tħassib serju dwar il-kriżi umanitarja u l-ispostament massiv ta' persuni ċivili kkawżat mill-ġlied.

Fil-konklużjonijiet tagħhom, il-ministri tal-UE esprimew tħassib serju dwar l-atti ripetuti ta’ vjolenza fil-Libja, filwaqt li appellaw lin-naħat kollha biex joqogħdu lura mill-użu tal-forza u biex jindirizzaw id-differenzi permezz ta’ mezzi politiċi paċifiċi sabiex jiġi żgurat li fil-25 ta' Ġunju jkunu jistgħu jsiru elezzjonijiet parlamentari.

Il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni fil-konflitt Sirjan wara l-elezzjonijiet presidenzjali, inkluż l-aspetti umanitarji tal-kriżi, u l-isforzi diplomatiċi li qed isiru biex dan jintemm. Il-ministri laqgħu l-aħbar li l-aħħar armi kimiċi ddikjarati tas-Sirja ġew trasportati barra mill-pajjiż sabiex jinqerdu. Madankollu, bil-ħsieb tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill approva sanzjonijiet ġodda kontra r-reġim Sirjan.

Il-ministri kienu mħassba wkoll dwar is-sentenzi li ngħataw kontra ġurnalisti fl-Eġittu u d-deċiżjoni reċenti tal-qorti li tipproċedi bis-sentenzi għall-mewt mogħtija kontra 14-il personaġġ ewlieni mill-moviment Iżlamista.

Il-Kunsill adotta wkoll għadd ta' punti mingħajr diskussjoni.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025