"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Żvilupp), 19 ta' Novembru 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri tal-UE għall-iżvilupp ġew aġġornati dwar ir-rispons tal-UE għall-aħħar żviluppi fl-Afganistan, l-Etjopja u s-Sudan u ddiskutew l-implikazzjonijiet li s-sitwazzjoni politika għandha fuq l-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp.

Imbagħad il-ministri kellhom skambju informali ta' fehmiet mal-Amministratur tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID), Samantha Power.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
It-tmexxija globali magħquda tagħna hija ċertament meħtieġa ħafna, illum aktar minn qatt qabel, biex niffaċċjaw l-isfidi tal-iżvilupp fid-dinja. Qbilna li naħdmu flimkien biex intemmu l-pandemija tal-COVID-19 kullimkien u għal kulħadd. Huwa ċar li jeħtieġ li nibnu fuq is-Summit Globali dwar il-COVID-19 biex niżguraw li nilħqu l-objettiv konġunt tagħna ta' rata 70% fit-tilqim globali sal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tas-sena d-dieħla.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Matul l-iskambju informali mal-Amministratur tal-USAID Samantha Power, il-ministri tal-UE indirizzaw id-distakk dejjem jikber ta' tilqim bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw.

L-istati membri appoġġaw l-idea li Dr. Chrysoula Zacharopoulou, rappreżentanta tal-UE fil-COVAX u kopresident tal-Kunsill tal-Azzjonisti tal-Faċilità COVAX, tkun il-persuna ċentrali biex tissaħħaħ il-koordinazzjoni fost l-istati membri tal-UE u jiġu aċċellerati l-isforzi, speċjalment fl-Afrika.

Filwaqt li jibnu fuq l-impenn konġunt biex tiġi indirizzata l-kriżi klimatika permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura li l-UE u l-Istati Uniti kkonfermaw fis-summit tal-15 ta' Ġunju, il-ministri tal-UE għall-iżvilupp u l-Amministratur tal-USAID Samantha Power iddiskutew il-ħtieġa li jiġu identifikati proġetti konkreti għal kooperazzjoni aktar mill-qrib.

Il-Kunsill imbagħad iddiskuta l-isfidi u l-opportunitajiet relatati mal-ġestjoni tal-ilma. Il-fokus tad-diskussjoni kien fuq l-Asja Ċentrali, fejn l-iskarsezza tal-ilma hija sfida ġeopolitika, u s-sors ta' instabilità u pressjonijiet migratorji.

Bħala multiplikatur tat-theddid, l-ilma għandu jkun parti mill-politika barranija tal-UE. L-UE ser taġixxi flimkien u fi sħubija mar-reġjuni milquta ħafna mit-tibdil fil-klima, bħall-Asja Ċentrali, biex tindirizza l-interkonnessjoni bejn il-ġestjoni tal-ilma, l-enerġija u t-tibdil fil-klima.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll l-Inizjattiva proposta tat-Tim Ewropa dwar l-ilma, l-enerġija u l-klima fl-Asja Ċentrali, qabel is-17-il laqgħa ministerjali UE-Asja Ċentrali skedata li ssir f'Dushanbe (it-Taġikistan) f'Ġunju 2022.

Konklużjonijiet tal-Kunsill

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar:

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025