"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Difiża), 16 ta' Novembru 2021

Riżultati ewlenin

Boxxla Strateġika

Fil-15 ta' Novembru, il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE f'laqgħa konġunta mal-ministri għad-difiża tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-ewwel abbozz tal-Boxxla Strateġika tal-UE, li għandha tipprovdi gwida politika u strateġika ċara dwar l-approċċ tal-UE għas-sigurtà u d-difiża fil-ħames snin sa għaxra li ġejjin, u ssaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala fornitur tas-sigurtà globali.

Filwaqt li tibni fuq analiżi tat-theddid komprensiva, il-Boxxla Strateġika tistabbilixxi miżuri konkreti u l-iskedi ta' żmien għall-azzjoni marbuta magħhom, li jkopru firxa wiesgħa ta' każijiet mill-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, għat-theddid ċibernetiku u ibridu, id-diżinformazzjoni, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u sħubijiet.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
B'mod konkret, il-Boxxla turina għaliex għandna bżonn Unjoni aktar b'saħħitha, lesta li tkun kapaċi tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tal-Ewropej. Ser issaħħaħ ir-responsabbiltà jew l-awtonomija strateġika tal-UE, u l-kapaċità tagħha li naħdmu mas-sħab biex inħarsu l-valuri u l-interessi tagħha.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Kien hemm appoġġ wiesa' għad-dokument. Il-ministri esprimew ir-rieda tagħhom li jaħdmu fuqu bil-ħsieb tal-adozzjoni tal-Boxxla finali f'Marzu 2022.

Ir-Rappreżentant Għoli enfasizza li l-istati membri kienu appoġġaw l-approċċ dwar il-kapaċitajiet ta' difiża, li jindirizza l-isfidi ibridi u jinvolvi lis-sħab. Il-ministri ssottolinjaw li l-approċċ tal-UE kellu jikkomplementa lin-NATO u jkun ta' benefiċċju għaliha, filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni miż-żewġ naħat u tiġi żgurata l-koerenza.

Ġrajjiet Kurrenti

Fis-16 ta' Novembru, il-ministri għad-difiża tal-UE ġew infurmati mir-Rappreżentant Għoli, Josep Borrell, dwar il-ġrajjiet kurrenti fejn eżaminaw għadd ta' żviluppi reċenti.

L-ewwel nett il-Kunsill ġie aġġornat dwar l-operazzjoniEUFOR Althea, wara t-tiġdid reċenti tal-mandat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Dan l-aħħar, il-Kunsill adotta miżura skont il-Faċilità Ewropea għall-Paċi li permezz tagħha l-UE ser twassal 68 vettura medika u tat-trasport u 150 tagħmir għall-individwazzjoni tal-metall biex tgħin lill-Bożnija-Ħerzegovina tkunħielsa għal kollox mill-mini sal-2027.

Il-ministri ġew infurmati wkoll dwar il-passi li ser jittieħdu biex jintuża l-kunċett tal-Preżenzi Marittimi Koordinati lil hinn mill-Golf tal-Guinea. Żona marittima speċifika ġdida ta' interess tista' tiġi stabbilita fl-Indo-Paċifiku mis-sena d-dieħla.

Il-Kunsill imbagħad tkellem dwar il-progress magħmul fil-qasam tal-Mobbiltà Militari, fejn ittieħdu passi konkreti dwar kwistjonijiet regolatorji u dwar l-infrastruttura, u ddiskuta l-Belarussja. Dwar din tal-aħħar, ir-Rappreżentant Għoli enfasizza li din ma kinitx kriżi ta' migrazzjoni u li l-UE ser tirreaġixxi bl-għodda kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha.

Missjonijiet ta' taħriġ tal-UE

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar l-erba' Missjonijiet ta' Taħriġ tal-UE fil-Mali, is-Somalja, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, u l-Mozambique, u modi possibbli biex ikunu aktar effettivi.

PESCO

Il-Kunsill adotta deċiżjoni li taġġorna l-lista ta' proġetti li għandhom jitwettqu taħt il-kooperazzjoni strutturata permanenti tal-UE (PESCO). B'riżultat ta' dan, 14-il proġett ġdid ser jiżdiedu mal-lista ta' 46 proġett eżistenti li ġew żviluppati taħt il-PESCO minn Diċembru 2017.

NATO

Matul ikla ta' ħidma informali, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg dwar oqsma ġodda għall-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, bħar-reżiljenza, il-klima u d-difiża, u t-teknoloġiji emerġenti u fixkiela. Ġie miftiehem li fix-xhur li ġejjin issir ħidma fuq Dikjarazzjoni Konġunta ġdida dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO.

Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża

Il-bord ta' tmexxija ministerjali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) iltaqa' qabel il-laqgħa tal-Kunsill biex japprova l-baġit ġenerali tal-Aġenzija għall-2022, baġit ta' €38 miljun, u jiddiskuti l-mandat tal-aġenzija biex tinnegozja arranġament amministrattiv mad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti, u kif jissaħħaħ ir-rwol tal-EDA fit-trawwim tal-innovazzjoni fil-qasam tad-difiża.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 31 ta' Jannar 2025