"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 15 ta' Novembru 2021

Riżultati ewlenin

Belarussja

Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-kwistjoni tal-migranti li qed jiġu mbuttati lejn il-fruntieri tal-UE f'tentattiv orkestrat biex dawn jidħlu fl-UE illegalment.

Il-Kunsill baqa' magħqud quddiem l-aggressjoni ibrida li għaddejja kontra l-UE.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Qed inqisu l-għażliet kollha possibbli biex inwaqqfu r-reġim milli jolqot lilna u jolqot lill-popolazzjoni tiegħu stess, u qbilna li nwessgħu l-ambitu tas-sanzjonijiet fuq il-Belarussja. Minn issa 'l quddiem ser inkunu nistgħu nissanzjonaw aktar nies għall-attivitajiet tagħhom fl-organizzazzjoni ta' titjiriet ta' persuni minn diversi pajjiżi lejn il-Belarussja u minn hemm lejn il-fruntieri tal-UE. Qbilna wkoll li nadottaw il-ħames pakkett ta' sanzjonijiet, li ser jiġi ffinalizzat fil-jiem li ġejjin.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Ir-Rappreżentant Għoli mbagħad informa lill-ministri dwar dak li qed jagħmel biex iwassal il-messaġġ u jikkonvinċi lil Minsk ma tibqax tuża l-migrazzjoni għal għanijiet politiċi.

Ir-Rappreżentant Għoli ssottolinja li r-responsabbiltà hija kollha tal-Belarussja talli b'mod artifiċjali ħolqot fluss ta' migranti, u spjega li l-UE ser taħdem ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti sabiex tiżgura li tingħata l-għajnuna umanitarja lil dawk fil-bżonn.

Id-djalogu jerġa' jiġi stabbilit meta r-reġim ta' Lukashenko jwaqqaf dawn il-vjolazzjonijiet u jibda jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem tal-poplu fil-Belarussja.

Balkani tal-Punent

Il-ministri għall-affarijiet barranin kellhom diskussjoni dwar kif jistgħu b'mod konkret isaħħu l-involviment tal-UE mal-Balkani tal-Punent lil hinn mit-tkabbir. B'mod partikolari ffukaw fuq kif is-sħab mill-Balkani tal-Punent jistgħu jkunu involuti fid-diskussjonijiet dwar il-politika barranija tal-UE, u kif tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà, it-theddid ibridu u każijiet oħra bħall-użu ta' data spazjali.

Il-Kunsill kellu wkoll diskussjoni dwar il-Bożnija-Ħerzegovina.

Ir-Rappreżentant Għoli saħaq fuq l-impenn tal-UE għall-perspettiva Ewropea tal-Bożnija-Ħerzegovina bħala pajjiż wieħed, magħqud u sovran, u għall-ħtieġa li l-mexxejja tal-Bożnija-Ħerzegovina jissoktaw id-djalogu, jerġgħu lura għall-istituzzjonijiet tal-istat fil-kapaċità sħiħa tagħhom u jerġgħu jibdew jaħdmu fuq riformi ewlenin.

Dwar id-Djalogu bejn Belgrad u Pristina, il-ministri tennew l-aspettattiva tagħhom li l-Kosovo u s-Serbja jirrispettaw u jimplimentaw il-ftehimiet preċedenti kollha kompletament, u li b'mod kostruttiv jieħdu l-impenn biex jagħmlu progress rapidu dwar in-normalizzazzjoni komprensiva tar-relazzjonijiet bejniethom.

Is-Saħel

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni fis-Saħel, fejn ġie enfasizzat l-impenn tal-UE fir-reġjun.

Il-ministri qablu li l-UE għandha tkompli twettaq l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għas-Saħel u l-pjan direzzjonali tal-Koalizzjoni tas-Saħel, biex tilqa' għas-sitwazzjoni diffiċli fir-reġjun.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll is-sitwazzjoni li sejra għall-agħar fil-Mali, fejn l-elezzjonijiet skedati għal Frar ġew posposti b'mod illeġittimu mill-mexxejja tat-tranżizzjoni.

Qbilna li nistabbilixxu qafas apposta għal miżuri restrittivi fil-Mali, b'appoġġ għad-deċiżjoni meħuda mill-ECOWAS. Il-ħidma ser tkompli u nittamaw li tiġi ffinalizzata malajr. Dan ser jippermettilna nadottaw sanzjonijiet kontra dawk li qed ifixklu t-tranżizzjoni. Tkellimna wkoll dwar l-involviment possibbli tal-grupp Wagner, u kien hemm kunsens biex jittieħdu wkoll miżuri restrittivi kontra dan il-grupp. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Fil-gruppi ta' ħidma rilevanti qed issir valutazzjoni tal-proposti speċifiċi biex jiġu ddeżinjati individwi u entitajiet taħt ir-reġimi ta' sanzjonijiet tal-UE, liema proposti ser jitqiesu għal adozzjoni possibbli bil-ħsieb tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li jmiss.

Ġrajjiet Kurrenti

Il-ministri ġew infurmati dwar il-passi unilaterali meħuda mit-Turkija biex tibdel l-istatus quo ta' Varosha, bi ksur tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Il-Kunsill esprima s-solidarjetà qawwija tiegħu ma' Ċipru u r-rieda li jibdel din is-solidarjetà fi proposti konkreti dwar kif għandha tiġi indirizzata s-sitwazzjoni. Dalwaqt ser jiġi ppreżentat dokument ta' għażliet lill-ambaxxaturi tal-UE mlaqqgħin fil-COREPER, bil-ħsieb li titħejja l-bażi għal diskussjoni fil-Kunsill Affarijiet Barranin ta' Diċembru.

L-Etjopja ġiet diskussa wkoll, bis-sitwazzjoni f'Tigray taħt il-lenti, fejn wara sena mill-bidu tal-konflitt, is-sitwazzjoni baqgħet sejra għall-agħar u ħolqot kriżi umanitarja devastanti. Ir-Rappreżentant Għoli reġa' ddikjara li ma hemm l-ebda soluzzjoni militari għall-kunflitt, u għandu jsir kull sforz biex iċ-ċittadini Etjopjani ma jkollhomx jgħixu l-istraġi ta' gwerra ċivili sħiħa. L-UE tappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tar-reġjun u tal-Unjoni Afrikana li offrew mejda għat-taħditiet.

Il-Kunsill imbagħad iddiskuta s-Sudan. Ir-ritorn immedjat għall-proċess ta' tranżizzjoni lejn id-demokrazija mmexxi miċ-ċivili tibqa' l-unika triq għall-ħelsien, il-paċi u l-ġustizzja għas-Sudaniżi kollha. Ir-Rappreżentant Għoli saħaq fuq il-ħtieġa ta' djalogu bejn il-partijiet kollha, u laqa' l-isforzi kollha ta' medjazzjoni u appella lill-militar biex jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali.

Konklużjonijiet tal-Kunsill

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar:

Boxxla Strateġika

F'sessjoni konġunta, il-ministri għall-affarijiet barranin u d-difiża kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-ewwel abbozz tal-Boxxla Strateġika tal-UE, li għandha tipprovdi gwida politika u strateġika ċara dwar l-approċċ tal-UE għas-sigurtà u d-difiża fil-ħames snin sa għaxra li ġejjin.

Il-Belarussja għandha twaqqaf l-istrumentalizzazzjoni tal-migranti

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025