"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 13 ta' Diċembru 2021

Riżultati ewlenin

Ġrajjiet Kurrenti

Il-Kunsill Affarijiet Barranin beda b'diskussjoni dwar it-tisħiħ tal-forzi militari tar-Russja fil-fruntiera mal-Ukrajna.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
L-Unjoni Ewropea tinsab magħquda u soda fl-appoġġ għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Il-ministri kienu ċari ħafna llum, li kwalunkwe aggressjoni kontra l-Ukrajna ser iġġib magħha konsegwenzi politiċi u b'kost ekonomiku għoli għar-Russja.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

L-UE qed tikkoordina mill-qrib il-pożizzjoni tagħha ma' sħab tranżatlantiċi u tal-istess fehma, u ser terġa' lura għal dan is-suġġett fil-Kunsill Ewropew tas-16 ta' Diċembru.

Il-ministri mbagħad irrieżaminaw is-sitwazzjoni fil-Belarussja, fid-dawl tal-ħames mewġa ta' sanzjonijiet li ntlaħaq qbil dwarhom reċentement. Kien meqjus li l-miżuri restrittivi imposti b'reazzjoni kontra l-abbuż tal-migranti wasslu għal riżultati. Ir-repressjoni domestika mir-reġim ta' Lukashenko madankollu qed tiggrava u l-għadd ta' priġunieri politiċi żdied għal aktar minn 900. Il-ministri ddikjaraw mill-ġdid li l-UE hija solidali mas-soċjetà Belarussa u ser tkompli tappoġġa lis-soċjetà Belarussa.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll il-kwistjoni ta' Varosha u l-impatt tal-azzjonijiet unilaterali meħuda f'Lulju 2021 miċ-Ċiprijotti Torok u t-Turkija bi ksur tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. L-istati membri esprimew is-solidarjetà tagħhom ma' Ċipru u l-appoġġ tagħhom għall-proċess ta' negozjati mmexxi min-NU, u għar-Rappreżentant Speċjali l-ġdid tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u Kap tal-Forza għaż-Żamma tal-Paċi tan-NU f'Ċipru Colin Stewart.

Ġie maqbul li l-Coreper ser jevalwa ulterjorment l-opzjonijiet fuq il-mejda, li jinkludu l-ħolqien ta' reġim ta' sanzjonijiet speċifiku ffukat fuq persuni u entitajiet involuti direttament fil-ftuħ ta' parti minn Varosha wara Lulju 2021. Il-ministri ddikjaraw mill-ġdid li huwa essenzjali li t-Turkija terġa' tinvolvi ruħha serjament fil-proċess tan-NU u żżomm lura minn kwalunkwe azzjoni li tkompli tiddeterjora s-sitwazzjoni fuq il-post.

L-iskambju ta' fehmiet dwar l-Etjopja enfasizza li l-kunflitt fil-pajjiż kompla jmur għall-agħar u pproduċa kriżi umanitarja devastanti, u b'hekk immina mhux biss l-istabbiltà tal-Etjopja, iżda wkoll tar-reġjun kollu. Il-ministri qablu li soluzzjoni politika biss tista' treġġa' lura d-dinamika negattiva u perikoluża attwalment fis-seħħ, u li l-prijoritajiet tal-UE għandhom jibqgħu li jinkiseb waqfien mill-ġlied u li l-partijiet ipoġġu mal-mejda tan-negozjati.

Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika

Il-Kunsill iddiskuta r-relazzjonijiet tal-UE mal-Afrika qabel il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru, u bi tħejjija għas-sitt summit bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana li għandu jsir fi Brussell fi Frar 2022.

Id-diskussjoni enfasizzat li l-UE tista' tkun aktar konkreta, prattika, viżibbli u operazzjonali fit-trattament mas-sħab Afrikani tagħha.

Oqsma ewlenin għal involviment imsaħħaħ jinkludu r-rispons għall-COVID, id-distribuzzjoni tal-vaċċini, il-paċi, is-sigurtà u l-governanza, l-irkupru ekoloġiku u diġitali permezz ta' inizjattivi taħt il-Portal Globali, u kooperazzjoni aħjar fil-fora multilaterali.

Asja Ċentrali

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar l-Asja Ċentrali b'fokus speċifiku fuq it-tisħiħ tal-ambizzjoni tal-UE fir-reġjun.

L-UE għandha interess qawwi li tintensifika l-impenn politiku mal-Asja Ċentrali u li taraha tiżviluppa bħala spazju ekonomiku u politiku aktar reżiljenti, prosperu u interkonness aktar mill-qrib. Tali interess f'kooperazzjoni aktar b'saħħitha huwa reċiprokat mis-sħab fir-reġjun. Oqsma possibbli ta' kooperazzjoni msaħħa jinkludu l-promozzjoni tal-irkupru ekoloġiku u sostenibbli wara l-COVID-19, pereżempju permezz ta' proġetti ewlenin tal-Portal Globali, u l-ġestjoni tar-riperkussjonijiet tas-sitwazzjoni fl-Afganistan u sfidi oħra marbuta mas-sigurtà. L-involviment f'oqsma tan-negozju u l-investiment kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tqies importanti ukoll.

Venezwela

Il-ministri ġew infurmati dwar ir-riżultati tal-elezzjonijiet reġjonali u muniċipali tal-Venezwela li saru fil-21 ta' Novembru 2021 u dwar is-sejbiet ewlenin tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE (MOE) ippreżentat mill-Kap Osservatur tal-MOE, Isabel Santos, Membru tal-Parlament Ewropew.

Il-ministri qablu li l-UE ser tkompli tippromwovi tranżizzjoni demokratika fil-Venezwela. L-għan aħħari jibqa' soluzzjoni għall-kriżi mmexxija mill-Venezwelani li twassal għal elezzjonijiet kredibbli, inklużivi u trasparenti fil-livelli kollha.

Konklużjonijiet tal-Kunsill u deċiżjonijiet oħra

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar il-Patt dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni.

Huwa adotta wkoll reġim ġdid ta' sanzjonijiet mmirat lejn persuni u entitajiet li jostakolaw it-tranżizzjoni politika fil-Mali, kif ukoll miżuri restrittivi kontra persuni u entitajiet fir-rigward tal-Grupp Wagner. L-attivitajiet ta' dan il-grupp jirriflettu l-istrateġija tal-gwerra ibrida tar-Russja, jippreżentaw theddida u qed joħolqu instabbiltà f'għadd ta' pajjiżi madwar id-dinja.

Is-sanzjonijiet ser ikopru l-grupp Wagner innifsu, tliet kumpaniji b'rabtiet mal-grupp u tmien operaturi militari responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew attivitajiet destabbilizzanti fl-Ukrajna, is-Sirja, il-Libja, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, is-Sudan u l-Mozambique.

Afganistan

Waqt ikla informali, il-ministri għall-Affarijiet Barranin kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-Afganistan mal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Qatar, Mohammed bin Abdulrahman Al-Thani.

Il-Qatar għandu rwol strateġiku fit-trattament tas-sitwazzjoni fl-Afganistan billi jiffaċilita l-interazzjonijiet tal-UE mal-awtoritajiet interim tat-Taliban, jiżgura passaġġ sikur għal dawk fil-bżonn, u jiffaċilita l-għoti tal-appoġġ umanitarju. Id-diskussjoni enfasizzat il-fehim kondiviż li xi forma ta' impenn operazzjonali huwa meħtieġ mal-gvern interim tat-Taliban, iżda dan ma jfissirx li jingħata kwalunkwe leġittimità. L-impenn jiddependi mill-progress li sar mit-Taliban skont il-ħames punti ta' riferiment definiti mill-Kunsill f'Settembru 2021.

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni il-punti li dehru fil-lista ta' punti A mhux leġiżlattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025