"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 11 ta' Frar 2014

Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ser jikkonċentra fuq l-ekonomija, il-klima u r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika

Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali ħejja għal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew, li ser issir fl-20 u l-21 ta' Marzu.

Il-laqgħa li ġejja tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE ser tiffoka fuq żewġ suġġetti ewlenin:

  • it-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi
  • ir-relazzjonijiet esterni.

Taħt l-ewwel suġġett, il-Kunsill Ewropew ser jikkonkludi l-ewwel fażi tas-Semestru Ewropew tal-2014: ser jivvaluta l-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li ngħataw lill-istati membri fl-2013 u ser jagħtihom gwida dwar it-tħejjija tal-Programmi ta' stabbiltà tagħhom għall-2014 jew il-Programmi ta' konverġenza tagħhom u l-Programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom.

Barra minn hekk, il-mexxejja ser jissottolinjaw għadd ta' kwistjonijiet marbutin mal-kompetittività industrijali, bħall-ispiża għall-enerġija fil-produzzjoni industrijali, id-diskrepanza fil-ħiliet, l-iżvilupp tal-infrastruttura, il-ħruġ ta' privattivi, il-ktajjen globali ta' valur.

Ser ikollhom ukoll dibattitu ta' orjentazzjoni dwar qafas għall-klima u l-enerġija fl-2020-2030.

Id-diskussjoni dwar ir-relazzjonijiet barranin ser tikkonċentra fuq it-tħejjijiet għas-summit li ġej bejn l-UE u l-Afrika, li ser isir fit-2 u t-3 ta' April. Il-mexxejja ser jiddiskutu fid-dettall ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Afrika.

Punti ewlenin oħrajn fuq l-aġenda

L-Isvizzera

Il-ministri kellhom diskussjoni dwar ir-riżultat ta' referendum fl-Isvizzera li sar fi tmiem il-ġimgħa. Il-Kunsill appella lill-Isvizzera biex tirrispetta l-obbligi tagħha marbutin mal-moviment liberu taċ-ċittadini.

"Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jirrispetta l-proċeduri demokratiċi interni tal-Isvizzera u r-riżultat tar-referendum. Min-naħa l-oħra, il-Kunsill jistenna li l-Konfederazzjoni Svizzera tonora l-obbligi tagħha li joħorġu mill-ftehimiet u t-trattati tagħha mal-Unjoni Ewropea," qal is-Sur Evangelos Venizelos, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Grieg, li ppresieda l-laqgħa.

Proposta dwar it-tqegħid fis-suq ta' qamħirrum ġenetikament modifikat

Il-Kunsill ma laħaq ebda qbil, la favur u lanqas kontra l-proposta tal-Kummissjoni, li tkun tawtorizza t-tqegħid ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., linja 1507) fis-suq għall-kultivazzjoni; il-prodott tal-qamħirrum huwa ġenetikament modifikat biex jirreżisti ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopteri (friefet).

Ir-regoli jitolbu li d-deċiżjoni tittieħed mill-Kummissjoni f'każijiet bħal dawn.

Programm ta' ħidma tal-Presidenza Griega

Il-Presidenza Griega ppreżentat il-programm tagħha, li ġie diskuss mill-Kunsill.

    Jinħatar il-viċi president tal-bord superviżorju tal-BĊE

    Il-Kunsill adotta deċiżjoni li taħtar lil Sabine Lautenschläger bħala viċi president tal-bord superviżorju li għadu kif inħoloq tal-Bank Ċentrali Ewropew.

    Adozzjoni ta' direttivi għar-riforma tal-akkwist pubbliku

    Il-ministri adottaw id-direttivi li għandhom l-għan li jimmodernizzaw l-akkwist pubbliku fl-UE. Dawn ser itejbu firxa wiesgħa ta' oqsma li japplikaw għall-akkwist ta' prodotti, xogħlijiet u servizzi.

    Dokumenti tal-laqgħat

    Tagħrif għall-istampa

    Kuntatti għall-istampa

    Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

    Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

    Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

    L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

    Kompli segwina

    Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

    Ara laqgħat oħrajn

    L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025