"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 13/05/2014, 13 ta' Mejju 2014

Il-Kunsill jiċċelebra l-10 anniversarju tat-tkabbir tal-2004

Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali li ltaqa’ fit-13 ta’ Mejju fakkar l-10 anniversarju tat-tkabbir tal-2004 u ttratta t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li jmiss.

Il-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali ffokat l-aktar fuq it-tħejjijiet għal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew, li ser issir fis-26 u s-27 ta’ Ġunju.

Filwaqt li r-relazzjonijiet mal-Ukraina u r-Russja u sħab oħra tal-Lvant ċertament ser ikunu fuq nett fl-aġenda, il-mexxejja tal-UE huma mistennija wkoll jiddibattu dwar:

  • linji gwida strateġiċi għal ippjanar leġislattiv u operazzjonali fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.
  • suġġetti marbutin mal-klima u l-enerġija bil-għan li tittieħed deċiżjoni finali dwar il-qafas ġdid ta’ politika kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn Ottubru 2014. Il-Kunsill ser jiddiskuti wkoll kif għandhom jiġu żgurati s-sigurtà u d-diversità tal-enerġija u kif għandha titnaqqas id-dipendenza fuq pajjiżi terzi.

Il-Kunsill Ewropew ser jikkonkludi wkoll is-Semestru Ewropew, iċ-ċiklu ta' sitt xhur tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika bejn l-istati membri. Il-mexxejja tal-UE ser jiskambjaw fehmiet dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fuq livell nazzjonali u japprovaw rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi dwar ir-riformi strutturali, il-politiki tal-impjieg u l-baġits nazzjonali.

Fis-26 ta’ Ġunju 2014, il-mexxejja tal-UE ser ifakkru wkoll il-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija b’ċerimonja u ċena fil-belt ta’ Ypres.

L-10 anniversarju tat-tkabbir tal-2004

Vytautas Leškevičius, Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Litwanja, li jirrappreżenta l-10 pajjiżi li ssieħbu fl-UE nhar l-1 ta’ Mejju 2004, u Siim Kallas, Kummissarju Ewropew għat-Trasport, tkellmu sabiex jiċċelebraw il-kisbiet pożittivi tat-tkabbir tal-2004.

“It-tkabbir wera kemm-il darba li hu storja ta’ suċċess għall-familja Ewropea”, żied Evangelos Venizelos, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Greċja.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Effiċjenza tas-swieq finanzjarji tal-UE

Il-Kunsill adotta regoli ġodda sabiex jippromwovi l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji tal-UE, li emendaw u ssostitwixxew id-direttiva attwali dwar is-swieq fi strumenti finanzjarji (“MIFID”).

Sorveljanza tal-fruntieri - Frontex

Il-Ministri stabbilixxew regoli ġodda għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar. Ir-regoli għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta’ traġedji fil-baħar bħal dawk l-aktar reċenti fin-Nofsinhar tal-Mediterran.

Migrazzjoni legali - Trasferimenti intra-azjendali

Il-Kunsill adotta direttiva dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal inkarigi temporanji fl-UE. 

Il-Kunsill ippubblika wkoll ir-rapport tiegħu tal-2013 dwar l-aċċess għad-dokumenti u adotta diversi punti mingħajr diskussjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025