"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 21 ta' Marzu 2023

Riżultati ewlenin

Relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit

Il-Kunsill adotta żewġ deċiżjonijiet relatati mal-Qafas ta' Windsor, triq konġunta ġdida 'l quddiem għall-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq li dwaru l-Kummissjoni u l-gvern tar-Renju Unit laħqu ftehim politiku fil-prinċipju fis-27 ta' Frar 2023.

Id-deċiżjonijiet, li jistabbilixxu l-pożizzjoni tal-UE fil-Kumitat Konġunt u fil-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv Konġunt stabbilit skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit, jippermettu lill-UE taqbel mal-elementi ewlenin tal-Qafas ta' Windsor fi ħdan dawn iż-żewġ korpi, u ssarrafhom f'impenji legalment vinkolanti.

L-adozzjoni tal-atti turi l-impenn tal-UE li timplimenta s-soluzzjonijiet konġunti li nstabu biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet prattiċi fl-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq fil-post.

Jessika Roswall, Ministru għall-Affarijiet tal-UE tal-Iżvezja
Il-ftehim dwar il-Qafas ta' Windsor huwa kisba verament pożittiva qabel il-25 anniversarju tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira. Dan ser ikun ta' benefiċċju għan-nies u għan-negozji fl-Irlanda ta' Fuq u għandu jippermetti lill-UE u lir-Renju Unit jiftħu kapitlu ġdid fir-relazzjonijiet tagħna. L-istati membri jinsabu magħqudin wara l-Kummissjoni Ewropea fl-appoġġ tagħhom għas-soluzzjonijiet maqbula u jistennew b'interess l-implimentazzjoni rapida tagħhom in bona fide.
Jessika Roswall, Ministru għall-Affarijiet tal-UE tal-Iżvezja
Jessika Roswall, Ministru għall-Affarijiet tal-UE tal-Iżvezja

Kunsill Ewropew ta' Marzu

Il-Kunsill iddiskuta l-abbozz ta' konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 Marzu 2023.

Fil-laqgħa tiegħu li jmiss, il-Kunsill Ewropew ser jindirizza l-gwerra ta' aggressjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna fid-dimensjonijiet kollha tagħha u l-appoġġ kontinwu tal-Unjoni għall-Ukrajna u l-poplu tagħha.

Il-mexxejja tal-UE ser jindirizzaw ukoll il-kompetittività, is-suq uniku u l-ekonomija. Huma ser jiddiskutu l-istrateġija fit-tul tal-Ewropa biex tingħata spinta lill-kompetittività u l-produttività, u kif il-bażi ekonomika, industrijali u teknoloġika tal-UE tista' ssir adatta għat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. Ser ikollhom ukoll diskussjoni strateġika dwar il-politika kummerċjali tal-UE u jindirizzaw ir-riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-UE, kif ukoll is-Semestru Ewropew 2023.

Il-Kunsill Ewropew ser jevalwa wkoll il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tiegħu dwar l-enerġija. Il-presidenza u l-Kummissjoni ser jinfurmaw lill-mexxejja tal-UE dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Frar dwar il-migrazzjoni.

Semestru Ewropew

Il-ministri eżaminaw rapport ta' sinteżi tal-presidenza li jippreżenta fil-qosor il-kontributi tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill dwar is-Semestru Ewropew 2023.

Il-presidenza ppreżentat pjan direzzjonali aġġornat għas-Semestru Ewropew 2023, li jiddeskrivi l-passi ewlenin taċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew 2023.

Il-Kunsill qabel ukoll li jibgħat abbozz ta' rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro lill-Kunsill Ewropew għall-approvazzjoni.

Djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt

Bħala parti mid-djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt, il-ministri kellhom diskussjoni speċifika għall-pajjiżi. L-iskambju ta' fehmiet iffoka fuq l-iżviluppi ewlenin fis-Slovakkja, il-Finlandja, il-Belġju, il-Bulgarija u r-Repubblika Ċeka.

Id-diskussjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi huma parti mill-impenn li d-djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt jissaħħaħ u jsir aktar strutturat, b'rispett sħiħ tal-prinċipji tal-oġġettività, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali tal-istati membri kollha. L-objettiv huwa li jkun hemm skambju kostruttiv u miftuħ ta' kummenti u tal-aħjar prattiki.

Skambju informali ma' Olha Stefanishyna

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri kellhom skambju informali mal-Viċi Prim Ministru għall-Integrazzjoni Ewropea u Ewro-Atlantika tal-Ukrajna, Olha Stefanishyna, dwar l-integrazzjoni tal-Ukrajna fl-UE u r-riformi lejn is-sħubija fl-UE.

Il-Kunsill approva wkoll il-punti li jidhru fil-lista ta' punti A mhux leġiżlattivi mingħajr diskussjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025