"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 6 ta' Frar 2023

Riżultati Ewlenin

Tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew

Il-Kunsill ħejja għall-Kunsill Ewropew straordinarju tad-9 u l-10 ta' Frar 2023 billi ddiskuta l-abbozz ta' konklużjonijiet.

Fil-laqgħa tiegħu, il-Kunsill Ewropew ser jindirizza l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Id-diskussjoni ser issir wara s-summit UE-Ukrajna fit-3 ta' Frar u kważi sena mill-bidu tal-gwerra fl-24 ta' Frar 2022. Il-mexxejja ser jevalwaw is-sitwazzjoni fuq il-post kif ukoll l-appoġġ multidimensjonali tal-UE u tal-istati membri għall-Ukrajna.

Il-mexxejja ser jindirizzaw ukoll l-aġenda ekonomika. Huma ser jiffukaw fuq il-kapaċità tal-Ewropa li żżomm il-kompetittività globali tagħha u r-rispons immedjat għall-isfidi attwali li qed tiffaċċa l-industrija Ewropea.

Il-Kunsill Ewropew ser jiddiskuti wkoll kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni.

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit

Il-ministri vvalutaw is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit, b'enfasi fuq l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, b'mod partikolari l-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Maroš Šefčovič aġġorna lill-ministri dwar il-ħidma esploratorja li għaddejja bejn l-UE u r-Renju Unit biex jippruvaw isibu soluzzjonijiet komuni għat-tħassib tal-ħajja reali tal-komunitajiet kollha fl-Irlanda ta' Fuq u jipproteġu kemm il-post tal-Irlanda ta' Fuq fis-suq intern tar-Renju Unit kif ukoll l-integrità tas-Suq Uniku tal-UE.

Il-ministri laqgħu l-impenn kontinwu bejn ir-Renju Unit u l-UE bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet konġunti u esprimew l-appoġġ sħiħ tagħhom lill-Kummissjoni. Huma tennew ir-rieda tal-UE li tiddiskuti b'mod kostruttiv soluzzjoni negozjata fi ħdan il-Protokoll għad-diffikultajiet prattiċi fl-implimentazzjoni tiegħu fuq il-post.

Il-prijoritajiet tal-Presidenza Żvediża

Il-Presidenza Żvediża ppreżentat il-prijoritajiet tagħha għall-ewwel nofs tal-2023.

Il-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza huma s-sigurtà, il-kompetittività, it-tranżizzjoni ekoloġika u dik tal-enerġija, il-valuri demokratiċi u l-istat tad-dritt.

Fir-rigward tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali, il-Presidenza ser tmexxi 'l quddiem il-ħidma fid-diversi oqsma taħt ir-responsabbiltà tagħha, bħall-istat tad-dritt, it-tkabbir u t-tisħiħ tad-demokrazija. Il-Presidenza ser taħdem ukoll biex issaħħaħ it-tħejjija għall-kriżijiet u l-kapaċitajiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE, tkompli b'segwitu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u tappoġġa l-isforzi tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' kuljum tal-ftehimiet bejn l-UE u r-Renju Unit.

Jessika Roswall, Ministru għall-Affarijiet tal-UE tal-Iżvezja
Punt ta' tluq ovvju għall-programm tagħna kien l-aggressjoni illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna u r-rispons komuni tal-UE għall-konsegwenzi tagħha. Fil-kuntest ġeopolitiku attwali, nixtieq nissottolinja l-importanza li l-Presidenza tagħti lis-salvagwardja tal-valuri fundamentali tal-UE, li huma l-pedament tal-kooperazzjoni profonda tagħna fl-UE.
Jessika Roswall, Ministru għall-Affarijiet tal-UE tal-Iżvezja
Jessika Roswall, Ministru għall-Affarijiet tal-UE tal-Iżvezja

Il-Kunsill approva wkoll il-punti li jidhru fil-lista ta' punti A mhux leġiżlattivi mingħajr diskussjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025