"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 21 ta' Frar 2023

Riżultati prinċipali

Kunsill Ewropew ta' Marzu

Il-Kunsill beda t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Marzu 2023 billi ddiskuta abbozz ta' aġenda annotata.

Fil-laqgħa tiegħu f'Marzu, il-Kunsill Ewropew ser jindirizza l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fid-dimensjonijiet kollha tagħha u l-appoġġ li l-UE ser tibqa' tagħti lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha.

Il-mexxejja tal-UE ser jindirizzaw ukoll il-kompetittività, is-suq uniku u l-ekonomija. Huma ser jiddiskutu l-istrateġija fit-tul tal-Ewropa biex tingħata spinta lill-kompetittività u l-produttività, u kif il-bażi ekonomika, industrijali u teknoloġika tal-UE tista' ssir adatta għat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. Huma ser ikollhom ukoll diskussjoni strateġika dwar il-politika kummerċjali tal-UE u ser jindirizzaw ir-riforma tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE, kif ukoll is-Semestru Ewropew 2023.

Il-Kunsill Ewropew ser ikun qed jevalwa l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tiegħu dwar l-enerġija. Il-Presidenza u l-Kummissjoni ser jinfurmaw lill-mexxejja tal-UE dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet reċenti dwar il-migrazzjoni.

Fid-dawl tal-avvenimenti, il-Kunsill Ewropew jista' jindirizza kwistjonijiet speċifiċi oħra ta' politika barranija.

Terremoti fit-Turkija u s-Sirja

Il-Presidenza infurmat lill-ministri dwar is-segwitu għat-terremoti fit-Turkija u s-Sirja.

Hija enfasizzat il-ħtiġijiet umanitarji massivi fuq il-post u tat ħarsa ġenerali lejn l-isforzi ta' koordinazzjoni fi ħdan il-mekkaniżmu integrat tal-UE għal rispons politiku f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (IPCR).

Indikat ukoll li f'Marzu l-Presidenza flimkien mal-Kummissjoni, ser torganizza Konferenza tad-Donaturi sabiex timmobilizza fondi mill-komunità internazzjonali b'appoġġ għall-poplu tat-Turkija u tas-Sirja.

Jessika Roswall, Ministru għall-Affarijiet tal-UE tal-Iżvezja
It-terremoti fit-Turkija u s-Sirja ħallew warajhom qerda orribbli. Jeħtieġ li nużaw l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħna biex niżguraw li l-għajnuna tasal għand in-nies fil-bżonn. Il-Konferenza tad-Donaturi ser tgħin biex jinġabru riżorsi b'appoġġ għall-irkupru u sokkors bikrin fiż-żoni affettwati.
Jessika Roswall, Ministru għall-Affarijiet tal-UE tal-Iżvezja
Jessika Roswall, Ministru għall-Affarijiet tal-UE tal-Iżvezja

Reżiljenza għad-diżastri

Il-Kummissjoni preżentat ukoll il-komunikazzjoni u r-rakkomandazzjoni tagħha dwar l-"Għanijiet tal-UE ta' reżiljenza għad-diżastri", ippubblikati fit-8 ta' Frar 2023.

L-għan ta' dawn l-inizjattivi huwa li jtejbu l-kapaċità tal-UE, tal-istati membri tagħha u tal-istati parteċipanti għall-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili biex jantiċipaw u jilqgħu l-effetti ta' diżastri u emerġenzi kbar futuri, inkluż diżastri naturali, bħal terremoti, għargħar u nirien fil-foresti.

Konvenzjoni ta' Istanbul

Bħala punt mingħajr diskussjoni, il-Kunsill talab l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew biex jadotta d-deċiżjonijiet dwar il-konklużjoni mill-UE tal-konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-konvenzjoni ta' Istanbul).

Il-konklużjoni tal-konvenzjoni ser issaħħaħ il-qafas legali eżistenti fil-qasam tal-proċedura kriminali u tikkontribwixxi għall-kisba tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha.

REPowerEU

Il-Kunsill adotta formalment regolament li ser jippermetti lill-istati membri jżidu kapitolu ġdid tar-REPowerEU mal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom fil-qafas tan-NextGenerationEU. L-għan huwa li jiġu ffinanzjati investimenti u riformi ewlenin li ser jgħinu lill-UE tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u ttemm id-dipendenza tagħha fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili Russi.

Il-Kunsill approva wkoll il-punti l-oħra fuq il-listi ta' punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi mingħajr diskussjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025