"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 13 ta' Diċembru 2022

Riżultati ewlenin

Tkabbir

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent.

Il-konklużjonijiet jivvalutaw is-sitwazzjoni f’kull wieħed mill-kandidati u s-sħab tal-UE, jagħtu linji gwida dwar il-prijoritajiet ta’ riforma, u jtennu l-impenn tal-Kunsill lejn il-politika tat-tkabbir tal-UE. F’konformità mal-metodoloġija riveduta tat-tkabbir approvata mill-Kunsill fl-2020, hemm enfasi qawwija fuq ir-riformi fundamentali fl-oqsma tal-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, l-iżvilupp ekonomiku u l-kompetittività, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika.

Wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju, u fil-kuntest tar-rakkomandazzjoni sussegwenti tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill jirrakkomanda li jingħata l-istatus ta’ pajjiż kandidat lill-Bożnija-Ħerzegovina, soġġett għal konferma mill-Kunsill Ewropew, bil-qbil li jittieħdu l-passi speċifikati fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, sabiex jissaħħu l-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, il-ġestjoni tal-migrazzjoni u d-drittijiet fundamentali. Il-Kunsill jistenna b’interess konferma ta’ din id-deċiżjoni mill-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru.

Mikuláš Bek, Ministru għall-Affarijiet Ewropej taċ-Ċekja
Il-politika tat-tkabbir tal-UE hija ankra b’saħħitha għall-paċi, id-demokrazija, il-prosperità, is-sigurtà u l-istabbiltà fil-kontinent tagħna. Bil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill qed jibgħat messaġġ qawwi tal-impenn tiegħu lejn it-tkabbir tal-UE. Ninsab partikolarment kuntent dwar ir-rakkomandazzjoni li l-Bożnija-Ħerzegovina tingħata l-istatus ta’ kandidat u r-rikonoxximent tal-isforzi ta’ riforma tal-Ukrajna fi żminijiet tant iebsin. L-UE ser tkompli tappoġġa lill-Ukrajna fi triqitha lejn sħubija futura fl-UE u qbilna li nerġgħu lura għas-sitwazzjoni tat-Triju Assoċjat abbażi ta’ aġġornament ipprovdut mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa li jmiss.
Mikuláš Bek, Ministru għall-Affarijiet Ewropej taċ-Ċekja
Mikuláš Bek, Ministru għall-Affarijiet Ewropej taċ-Ċekja

Reklami politiċi

Il-Kunsill qabel dwar il-mandat tiegħu għal negozjati mal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament dwar it-trasparenza u l-immirar ta' reklami politiċi.

F'kuntest fejn il-kampanji elettorali qed isiru dejjem aktar online u bejn il-fruntieri nazzjonali, il-proposta għandha l-għan li tippromwovi standards għoljin ta' trasparenza fir-reklamar politiku fl-UE, tillimita l-użu ta' reklamar immirat għal skopijiet politiċi u tiffaċilita l-forniment u s-sorveljanza transkonfinali tas-servizzi ta' reklamar politiku. Il-proposta ser tgħin fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza fl-elezzjonijiet, u tissalvagwardja dibattitu demokratiku miftuħ fl-istati membri tal-UE.

Il-mandat tal-Kunsill jibni fuq il-proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jsaħħaħ ir-regoli proposti, jiċċara kif dawn ser jiġu implimentati u jipprova jsaħħaħ iċ-ċertezza legali.

F'demokrazija b'saħħitha, iċ-ċittadini għandhom jirċievu informazzjoni oġġettiva, trasparenti u pluralistika, ħielsa mill-manipulazzjoni. Huma għandhom ikunu jistgħu jirrikonoxxu faċilment reklami politiċi, speċjalment online, u jkunu jafu minn fejn ġejjin. Jeħtieġ ukoll li nillimitaw u nimmonitorjaw b'mod strett l-użu ta' tekniki ta' mmirar. Ir-regolament il-ġdid ser jiżgura regoli aġġornati madwar l-UE biex jiġu protetti l-proċessi demokratiċi tagħna. Mikuláš Bek, Ministru għall-Affarijiet Ewropej taċ-Ċekja

Djalogu dwar l-istat tad-dritt

Bħala parti mid-djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt, il-ministri kellhom diskussjoni speċifika għall-pajjiż, li kkonċentrat fuq żviluppi ewlenin fl-Iżvezja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja.

L-eżerċizzju huwa parti mill-impenn tal-Kunsill li jsaħħaħ id-djalogu annwali tiegħu dwar l-istat tad-dritt u jagħmlu aktar strutturat, b'rispett sħiħ tal-prinċipji tal-oġġettività, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali tal-istati membri kollha. Madwar nofs siegħa hija ddedikata għal kull stat membru. Id-diskussjoni ssir fil-kuntest tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt. Fi djalogu politiku miftuħ u kostruttiv, il-ministri jaqsmu l-esperjenzi, il-kummenti u l-aħjar prattiki tagħhom b'rabta mal-iżviluppi msemmija.

Dan kien il-ħames ċiklu ta’ diskussjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li saru minn Novembru 2020 'l hawn. Is-sitwazzjoni f’25 stat membru issa ġiet koperta bħala parti mill-eżerċizzju.

Kunsill Ewropew ta' Diċembru

Il-ministri ddiskutew l-abbozz ta’ konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fil-15 ta’ Diċembru.

Fil-laqgħa tiegħu, il-Kunsill Ewropew ser jindirizza l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fid-dimensjonijiet kollha tagħha u l-appoġġ li l-UE ser tibqa' tagħti lill-Ukrajna. Il-mexxejja ser jerġgħu lura wkoll għas-suġġetti tal-enerġija u l-ekonomija.

Dwar is-sigurtà u d-difiża, il-Kunsill Ewropew ser jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Boxxla Strateġika u modi kif tkompli tiżdied il-kapaċità ta' sigurtà u ta' difiża tal-UE. Ser jagħti wkoll gwida dwar l-appoġġ lis-sħab tal-UE.

Il-mexxejja ser ikollhom ukoll diskussjoni strateġika dwar ir-relazzjonijiet mal-Viċinat tan-Nofsinhar u r-relazzjonijiet transatlantiċi.

Punti oħra

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar is-segwitu għall-attività ta’ rispons tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li saret fit-2 ta’ Diċembru 2022.

Il-presidenza Ċeka u l-presidenza Żvediża li jmiss ippreżentaw il-pjan direzzjonali għas-Semestru Ewropew 2023.

Il-Kunsill approva d-dikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2023-2024, innegozjata bejn il-Kummissjoni, il-Parlament u l-presidenza tal-Kunsill, akkumpanjata mit-tliet presidenzi li jmiss.

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, il-Prim Ministru Petr Fiala, f’isem il-Presidenza Ċeka, u l-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen ser jiġu mistiedna jiffirmaw id-dikjarazzjoni konġunta fil-marġini tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru.

Il-Kunsill approva wkoll il-punti fuq il-listi ta’ punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi mingħajr diskussjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025