Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 19 ta' Novembru 2024

Riżultati ewlenin

Il-politika ta' koeżjoni u l-kompetittività tal-UE

Il-ministri bdew b'ikla informali, li matulha ddiskutew ir-rwol tal-politika ta' koeżjoni fit-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE.

<p>János Bóka, Ministru għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea tal-Ungerija</p>

Il-presidenza Ungeriża tagħti prijorità lit-tiswir tal-politika ta' koeżjoni biex jinħoloq ambjent ekonomiku li jappoġġa r-reżiljenza u t-tkabbir fl-istati membri kollha. Il-politika ta' koeżjoni tibqa' għodda kruċjali għall-bini tal-kompetittività fl-UE, li tippermetti lir-reġjuni jnaqqsu d-diskrepanza fl-innovazzjoni, jappoġġaw l-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali, u javvanzaw strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti li jixprunaw l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli.

<p>János Bóka, Ministru għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea tal-Ungerija</p>

János Bóka, Ministru għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea tal-Ungerija

Kunsill Ewropew ta' Diċembru

Il-Kunsill ħejja għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Diċembru 2024 billi ddiskuta abbozz ta' aġenda annotata.

Fil-laqgħa tagħhom ta' Diċembru, il-mexxejja tal-UE ser jindirizzaw:

  • l-Ukrajna
  • il-Lvant Nofsani
  • ir-rwol tal-UE fid-dinja
  • ir-reżiljenza, it-tħejjija, il-prevenzjoni tal-kriżijiet u r-rispons għalihom
  • il-migrazzjoni
  • punti oħra

Djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt

Bħala parti mid-djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt, il-ministri ddiskutew ukoll is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f'Malta, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Polonja.

Id-djalogu annwali tal-Kunsill dwar l-istat tad-dritt inbeda fl-2014. Dan jippermetti skambju miftuħ ta' kummenti u l-aħjar prattiki dwar l-iżviluppi tal-istat tad-dritt madwar l-UE u fl-istati membri individwali, filwaqt li jiżgura l-oġġettività, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali tal-istati membri kollha.

Proċedura tal-Artikolu 7

Bħala parti mill-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE, il-ministri ddiskutew wkoll is-sitwazzjoni attwali rigward ir-rispett għall-valuri tal-UE fl-Ungerija.

Il-Kummissjoni pprovdiet lill-ministri aġġornament dwar l-aħħar żviluppi fl-Ungerija u l-ministri kellhom l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom. L-Ungerija ppreżentat il-kummenti tagħha.

Il-Presidenza kkonkludiet li l-Kunsill Affarijiet Ġenerali jibqa' jsegwi l-kwistjoni.

Il-proċedura tal-Artikolu 7 dwar l-Ungerija tnediet mill-Parlament Ewropew fl-2018. Din dehret l-aħħar darba fuq l-aġenda tal-Kunsill f'Ġunju 2024, meta saret seduta ta' smigħ tal-Ungerija.

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-punti li jidhru fil-listi ta' punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025