- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali, 15 ta' Ottubru 2024
Riżultati ewlenin
Kunsill Ewropew ta' Ottubru
Il-Kunsill kompla t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Ottubru 2024 billi ddiskuta l-abbozz ta' konklużjonijiet.
Fil-laqgħa tagħhom li jmiss, il-mexxejja tal-UE ser jindirizzaw:
- l-Ukrajna
- il-Lvant Nofsani
- il-kompetittività
- il-migrazzjoni
- is-Semestru Ewropew 2024
- punti oħra
Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iżvizzera
Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar il-progress tan-negozjati rigward pakkett wiesa' ta' miżuri bħala l-bażi għal relazzjonijiet futuri bejn l-UE u l-Iżvizzera, segwit minn skambju ta' fehmiet.
L-għan tan-negozjati huwa li jiġu mmodernizzati u approfonditi r-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Iżvizzera. L-elementi ewlenin tal-pakkett jinkludu:
- dispożizzjonijiet istituzzjonali u dwar l-għajnuna mill-istat li għandhom jiġu inklużi fi ftehimiet eżistenti u futuri mal-Iżvizzera b'rabta mas-suq intern
- ftehim li jippermetti l-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programmi tal-UE
- ftehim dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja permanenti tal-Iżvizzera għall-koeżjoni soċjali u ekonomika fl-UE
- negozjati dwar ftehimiet dwar l-elettriku, is-sikurezza tal-ikel u s-saħħa
Waqt l-iskambju ta' fehmiet, il-ministri enfasizzaw l-importanza li jinżamm momentum pożittiv sabiex in-negozjati jiġu konklużi sa tmiem l-2024. Huma ssottolinjaw li dan jeħtieġ progress sostanzjali u parallel fil-ftehimiet kollha, iżda l-aktar importanti fil-ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni u dwar kontribut ġust u regolari mill-Iżvizzera għall-koeżjoni, li għandhom jiġu ttrattati bħala pakkett wieħed.
Il-Kummissjoni ġiet mistiedna tkompli bl-isforzi tagħha, bil-flessibbiltà meħtieġa li żżomm il-bilanċ ġenerali, bl-għan li n-negozjati jaslu għal konklużjoni b'suċċess fil-forma ta' pakkett uniku u bbilanċjat ta' ftehimiet li jirrifletti l-interess tal-UE.
Il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu
Il-ministri approvaw dikjarazzjoni dwar is-sostenn tal-ħajja Lhudija u l-ġlieda kontra l-antisemitiżmu. Id-dikjarazzjoni tenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-forom kollha ta' antisemitiżmu, razziżmu u mibegħda u diskriminazzjoni, b'mod partikolari f'kuntest ta' antisemitiżmu li qed jiżdied fl-UE. Tenfasizza wkoll il-ħtieġa tas-sostenn tal-ħajja Lhudija permezz tat-tifkira, il-kultura u l-edukazzjoni, u billi jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà tal-Lhud.
Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet mas-Sa Sirpa Rautio, Direttur tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali dwar is-sostenn tal-ħajja Lhudija u l-ġlieda kontra l-antisemitiżmu. L-Aġenzija għandha rwol ewlieni fil-ġbir u l-forniment ta' data, riċerka u analiżi ta' kwalità għolja dwar id-drittijiet fundamentali fl-UE u l-identifikazzjoni tax-xejriet, inkluż fil-qasam tal-ġlieda kontra l-antisemitiżmu.
Semestru Ewropew
Bħala parti mis-Semestru Ewropew 2024, il-Kunsill approva r-rakkomandazzjonijiet integrati speċifiċi għall-pajjiżi u ddeċieda li jibgħathom lill-Kunsill Ewropew għall-approvazzjoni.
Wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Ewropew, ir-rakkomandazzjonijiet ser jiġu adottati formalment mill-Kunsill il-ġimgħa d-dieħla.
Affarijiet oħra
Taħt "Affarijiet oħra", id-delegazzjoni Ġermaniża qajmet punt dwar l-iżviluppi reċenti fil-Georgia.
Il-Kummissjoni pprovdiet aġġornament dwar l-aħħar żviluppi fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit. Il-ministri laqgħu b'mod ġenerali l-impenn pożittiv u esprimew ir-rieda tagħhom li jikkunsidraw kif ir-relazzjonijiet jistgħu jissaħħu aktar. Fakkru wkoll fl-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa, fidila u f'waqtha tal-ftehimiet eżistenti bħala prekundizzjoni għal impenji futuri, kif ukoll ir-responsabbiltà tagħhom għar-relazzjoni ġenerali bejn l-UE u r-Renju Unit fil-Kunsill.
Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-ministri dwar is-segwitu għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, filwaqt li enfasizzat il-punti ewlenin u t-tagħlimiet meħuda għat-titjib tat-tħejjija u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-indħil barrani fil-futur.
Il-Kunsill adotta wkoll, mingħajr diskussjoni, il-punti fuq il-lista ta' punti A mhux leġiżlattivi.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Lista proviżorja ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Nota ta' informazzjoni
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 3 ta' Frar 2025